Listen

Description

Il-mistieden tat-tielet poddata mhu ħadd għajr il-potenti Dr. Albert Bell.

Soċjologu u lettur fl-Università ta’ Malta li meta ma jkunx qed jiwweldja srum l-istudenti mas-siġġu b’dik il-fjamma ta’ saġġezza severa li ilha titkebbes fih minn tal-inqas seba’ ħajjiet ... Dr. Bell ikun qed itir minn fuq il-palk għal ġo folla Metal Heads skatenati, waqt li l-bass li jkollu f’idu ma taqbiżx imqar demisemiquaver ... raġel bestjali dan.

Ħerqan m’alla biex il-privileġġ assolut li nsir naf lil dan il-bniedem ta’ ruħ li tkanġi kull kulur naqsmu magħkom ilkoll.

Għinuna nagħtu l-ħajja lil dan il-proġett, xerrdu daqsxejn il-kelma fejn u meta tistgħu.

Grazzi tmur lill-ħbieb tagħna tal-eCabs li lill-Bell wassluhulna qawwi, sħiħ u fuq kollox komdu ... filwaqt li l-appoġġ li wrew lil dan il-podcast sa mill-bidu, urewh b'entużjażmu ġenwin li mballalna qalbna kuraġġ.

Grazzi ta' vera.