Listen

Description

L-ewwel darba li ltqajt ma' Marie kelli xi 9 snin waqt party pjuttost ‘out-of-hand’ fis-salott tal-ma.

Il-ma u l-pa għal din ix-xorta ta’ festini li kienu kultant anke jfuru mill-bieb ta’ barra u jibqgħu jitferraw fl-isqaq kienu famużi.

Fastforward 28 sena u Marie issa tiġi z-zija t’ibni tar-rispett. Dan ta’ l-ahhar l-aktar bniedem li qatt ħassejtni seren fil-preżenza tiegħu. Parti minni aktar minn għadmi, ma nafx nispjegaha. Inħossha u niġġennen bil-gratitudni biss naf...

Lura għal Marie...

Meta ninzertaha dejjem naqbada magħha dwar bosta ħwejjeg prattiċi li dak il-moħħ veloċi l’għanda malajr joffrilek soluzzjoni għalihom ... jew 15. Apparti li meta żżewweġ il-prattiċita' li biha mgħammra, mal-akkademja w l-immaġinazzjoni ifeġġu ħwejjeġ bħal Wellbeing Index, li dal-pajjiż tant mixtieq minnhu, u qas jaf.

Ġieli qbadnieha wkoll fuq il-kitba, għax Marie bħali kitbet film. U ġieli fuq din il-fissazzjoni li għanda bir-rota. L-ekonomija dejjem interessatni, għax ovvjament, minnha rrid u Marie fiha tifhem u ħafna. 

Pero dejjem bil-biċċiet. Dejjem bejn free kick ikkontestat waqt waħda mill-partiti futbol tal-familja jew birthday party ta' xi kuġin li filli qed taqsam it-torta u filli qed tkisser xi erba strofi tal-karaoke.

B’hekk stedintha għal podcast lil Marie. Biex il-perli kollha li gieli wrietli turini aktar minnhom u biex sa fl-aħħar ngħaqqduhom f’ġiżirana waħda u nixtarruha kif jixraq.

Il-mistiedena issibuha fuq https://www.facebook.com/marie.briguglio

*************************************************

Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għajnuna ta':

OrangeMan[20% DISCOUNT CODE: JONMALLIA fuq prodotti OrangeMan]

ManUp

eCabs

REROOT

Valletta Glass

Derek Meats

Nissan

Klikk

Seasus

*************************************************

Għal iktar informazzjoni żur https://www.jonmallia.mt

*************************************************

Tħabbeb Magħna

Facebook

YouTube

Patreon

TikTok

Instagram

Tista wkoll tkellimna fuq pa@jonmallia.mt