Listen

Description

Ghat-TIENI episodju ta’ TIFLIL dwar IS-SISTEMA ELETTORALI jien u David qaxxarna l-basla tas-SINGLE TRANSFERABLE VOTE, coè s-sistema ta’ votazzjoni li nhaddmu f’dan il-pajjiz.

Ghalija dan l-episodju huwa aktar importanti mill-ewwel wiehed ghax ghandu element preskrittiv li jista' jibda jippuntana lejn xi soluzzjonijiet.

F'din id-diskursata jien u David flejna diversi sistemi li wiehed isib madwar id-dinja, u x'inhuma l-vantaggi u l-izvantaggi ta dawn is-sistemi. Naqra ta’ contrast and compare.

Il-qofol tad-diskursata twassalna biex insibu xi risposti ghall-mistoqsija "Kieku int xi tbiddel?". 

David qasam mieghi HAMES PUNTI fejn is-sistema taghna tista' tinbidel ghall-ahjar. Hames punti li nemmen li kull min irid jara Malta iktar demokratika ghandu jomghodhom ftit.

Infakkar li din is-serje TIFLIL tixxandar esklussivament fuq Patreon.com/jonmallia

U li dawn id-diskursati ma' David bdew ghaliex David huwa Patrun, u f’diversi mill-attivitajiet li naghmlu ghall-Patruni taghna, kellna c-cans niddiskutu certi hwejjeg b’mod hieles.

Jekk ghadek ma ssehibtx maghna, inheggek tidhol f'din il-komunità biex int ukoll tkun parti mid-diskussjoni.


Biex torjenta ruhek ahjar fil-konverzazzjoni;



Spjegazzjoni tas-SINGLE TRANFERABLE VOTE: https://www.youtube.com/watch?v=iKKC8dhwPak

Treaty on the Functioning of the European Union: 

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:12016E/TXT