Fl-ewwel episodju ta’ din is-serje ġdida, Luke Galea jitkellem mal-poeta Claudia Gauci dwar il-memorja, in-nostalġija, u l-vulnerabbiltà tal-awtur fil-ktieb ta’ Immanuel Mifsud Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010), u fil-ġabra ta’ poeżiji tagħha Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2021).
Claudia Gauci tgħallem il-Malti fil-Junior College u hija wkoll traduttriċi. Fl-2022 ippubblikat it-tieni ġabra ta' poeżiji tagħha, Max-Xatt tat-Tamarisk, (Kotba Calleja). Ittraduċiet diversi kotba tat-tfal għall-Malti għal Merlin Publishers, fosthom, Magni taż-Żmien (2018) li kien rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2019. Hija membru attiva tal-organizzazzjoni Inizjamed.
Kotba dikussi f’dan l-episodju:
Immanuel Mifsud, Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben)(Klabb Kotba Maltin, 2010)
Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2021)
Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.
English description:
In our first episode of this new series Luke Galea speaks to the poet Claudia Gauci about the memory, nostalgia and the vulnerability of the author in Immanuel Mifsud's memoir Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010) and in her poetry collection Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2021).
Claudia Gauci teaches Maltese at the Junior College and is also a translator. In 2022 she published her second poetry collection, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja). She has translated several children's books into Maltese for Merlin Publishers, including 2019 National Book Prize winner Magni taż-Żmien (2018). Claudia is an active member of Inizjamed.
Books discussed in this episode:
Immanuel Mifsud, Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010)
Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk(Kotba Calleja, 2021)
Music
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.
Follow us on Facebook, YouTubeor listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit https://ktieb.org.mt/.