Luke Galea jitkellem ma’ Francesco Grech dwar l-istejjer umani f’Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020), il-ġabra ta’ novelli b’kuxjenza ambjentali ta’ Lara Calleja, u dwar l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu Kollox Jeħel Magħna (Merlin Publishers, 2022).
Francesco Grech huwa l-awtur ta’ Kollox Jeħel Magħna, ġabra ta’ kitbiet intimi li jesploraw suġġetti diffiċli u spiss meqjusa tabù fosthom is-sesswalità u d-diffikultajiet ta’ saħħa mentali. Grech huwa wkoll kompożitur b’xogħlijiet li ttellgħu madwar diversi teatri f’Għawdex, Malta u l-Italja, u Uffiċjal tal-Kultura fi ħdan Reġjun Għawdex.
Kotba dikussi f’dan l-episodju:
Lara Calleja, Kissirtu Kullimkien(Merlin Publishers, 2020)
Francesco Grech, Kollox Jeħel Magħna(Merlin Publishers, 2022)
Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.
EN
Luke Galea speaks to Francesco Grech about the human stories in Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020), Lara Calleja's eco-conscious short story collection, and about his debut publication of poetic writings Kollox Jeħel Magħna (Merlin Publishers, 2022).
Francesco Grech is the author of Kollox Jeħel Magħna, a collection of intimate writings that explore difficult or taboo subjects including sexuality and mental health struggles. Grech is also a composer of works that have been performed around various theaters in Gozo, Malta and Italy, and a Cultural Manager within Reġjun Għawdex.
Books discussed in this episode:
Lara Calleja, Kissirtu Kullimkien(Merlin Publishers, 2020)
Francesco Grech, Kollox Jeħel Magħna(Merlin Publishers, 2022)
Music
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.
Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit https://ktieb.org.mt/.