Listen

Description

Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Gattaldo dwar il-ġabra ta’ novelli ta’ Pierre J. Mejlak, ‘Qed Nistenniek Nieżla max-Xita (Merlin Publishers, 2009). Baldacchino u Gattaldo jiddiskutu l-imħabba, id-diżillużjoni, id-destin u l-logħba bil-memorja li Mejlak juża f’din il-ġabra, u jagħlqu l-programm b’diskussjoni fuq il-ktieb ta’ illustrazzjonijiet ‘Il-Ġurnalista’.

Gattaldo studja l-Belle Arti fl-Accademia di Belle Arti f’Firenze. Ħadem bħala Direttur tal-Arti fir-reklamar u l-fotografija madwar l-Ewropa u bħalissa jgħix Londra. Gattaldo huwa wkoll awtur u illustratur tal-kotba għat-tfal, u ġie ppubblikat fir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Il-verżjoni bil-Malti tal-ktieb tiegħu ‘Fearless, The Story of Daphne Caruana Galizia, ġie ppubblikat minn Midsea Books f’Malta taħt l-isem ‘Il-Ġurnalista’.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:

Pierre J. Mejlak, ‘Qed Nistenniek Nieżla max-Xita(Merlin Publishers, 2009)

Gattaldo (trad.), Immanuel Mifsud, ‘Il-Ġurnalista(Klabb Kotba Maltin, 2022)

Mużika:

Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

https://michaelazzopardi.xyz/

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

EN

Rachel Baldacchino discusses with Gattaldo Pierre J. Mejlak’s collection of short stories, ‘Qed Nistenniek Nieżla max-Xita’ (Merlin Publishers, 2009). Baldacchino and Gattaldo debate the themes of love, disillusionment, destiny and Mejlak’s play with memory in this collection, and then close the podcast discussing Gattaldo’s own ‘Il-Ġurnalista’.

Gattaldo studied Fine Art at the Accademia di Belle Arti in Florence. He worked as Art Director for advertising and photography throughout Europe and currently lives in London. Gattaldo is also a children’s author and illustrator, published in the UK and the US. The Maltese-language version of his book ‘Fearless, The Story of Daphne Caruana Galizia’ is published at the end of 2022 by Midsea Books.

Books discussed in this episode:

Pierre J. Mejlak, ‘Qed Nistenniek Nieżla max-Xita’ (Merlin Publishers, 2009)

Gattaldo, (transl.), Immanuel Mifsud, ‘Il-Ġurnalista’(Klabb Kotba Maltin, 2022)

Music

Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

https://michaelazzopardi.xyz/

Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.