Is-saħħa mentali u l-benesseri huma kruċjali biex kulħadd jgħix ħajja sodisfaċenti, jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu, jikkontribwixxi b’mod attiv għall-komunitajiet tiegħu u jkampaw mal-istress u l-isfidi tal-ħajja. L-UE taħdem ħafna biex tiżgura li ħadd ma jiġi eskluż u li n-nies ikollhom aċċess ugwali għall-prevenzjoni u għas-servizzi tas-saħħa mentali fil-pajjiżi kollha tal-UE. Madankollu, għad fadal ħafna xi jsir biex ngħinu lil kulħadd jikseb l-aħjar standard possibbli ta’ saħħa mentali u benesseri.