Il-pandemija globali tal-COVID-19 u l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna kellhom impatt sinifikanti fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew matul id-disa’ leġiżlatura tiegħu. Bħala konsegwenza ta’ kriżi tas-saħħa u ta’ diversi sfidi ġeopolitiċi, matul id-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament iffoka fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jissaħħu wkoll il-valuri demokratiċi.