Wara l-mard kardjovaskulari, il-kanċer huwa t-tieni kawża ewlenija ta’ mewt fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Kull sena, kważi 3 miljun persuna jiġu ddijanjostikati bil-marda, u 1.2 miljun jitilfu ħajjithom minħabba fiha. Għalkemm ir-responsabbiltà għall-politiki tas-saħħa taqa’ primarjament f’idejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, il-ġlieda kontra l-kanċer hija waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea.