Mis-snin tmenin s’issa, l-HIV inbidel minn dijanjożi fatali għal kundizzjoni maniġġabbli, bis-saħħa ta’ avvanzi globali fit-trattament u fil-prevenzjoni. Ġew infettati aktar minn 88 miljun persuna madwar id-dinja, u s’issa mietu 42 miljun ruħ. Illum il-ġurnata, hemm madwar 40 miljun persuna li qed jgħixu bl-HIV, inkluż madwar 810,000 persuna fl-UE. Għalkemm is-sistemi tal-kura tas-saħħa huma organizzati fuq livell nazzjonali, l-UE tappoġġja programmi transfruntieri, tiffinanzja r-riċerka permezz ta’ Orizzont Ewropa, u ssostni kampanji favur is-saħħa pubblika. L-UE timpenja ruħha wkoll għall-għanijiet “95-95-95” tal-UNAIDS: sal-2025, 95% tal-persuni li qed jgħixu bl-HIV għandhom ikunu jafu l-istatus tagħhom, 95% ta’ dawk li jkunu jafu l-istatus tagħhom għandhom ikunu qed jirċievu trattament, u 95% tan-nies li jkunu qed jirċievu trattament għandhom ikunu laħqu s-soppressjoni virali. F’dan l-episodju ta’ “Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar”, se nesploraw ir-rwol vitali tal-UE fil-prevenzjoni tal-HIV, il-ġlieda tagħha kontra l-istigma, u t-titjib tal-ħajjiet fil-pajjiżi tal-UE. L-għan hu li l-futur ikun ħieles mill-HIV sal-2030.