Is-sikurezza tal-ikel għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem. Din tkopri diversi aspetti, bħall-iġjene tal-ikel, it-tikkettar, l-imballaġġ u t-traċċabbiltà tal-prodotti. Kull sena, 600 miljun persuna fid-dinja jimirdu b’200 tip differenti ta’ mard li jista’ jiġi trażmess mill-ikel.
L-Unjoni Ewropea tipprova tipprevjeni dan il-mard billi tagħmel mill-aħjar li tista’ biex ikollha wħud mill-ogħla standards ta’ sikurezza tal-ikel fid-dinja.