Listen

Description

L-insetti li jdakkru għandhom rwol fundamentali fl-ekosistema tagħna, iżda dawn qed jiltaqgħu ma’ bosta theddid madwar id-dinja kollha, fosthom: it-tibdil fil-klima, it-telf tal-ħabitats, il-pesti u l-biedja intensiva msejsa fuq prodott wieħed biss. Minkejja r-rwol vitali tagħhom fil-benesseri u n-natura tagħna, dan it-theddid qed jikkawża tnaqqis drammatiku kemm fl-ispeċijiet ta’ dakkara selvaġġi kif ukoll f’dawk ġestiti. L-Unjoni Ewropea qed taħdem biex tipproteġi lid-dakkara kollha.