Listen

Description

L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, bħall-furnara, il-parrukkiera, tal-fjuri u l-ħwienet tal-kotba huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea. Dawn jirrappreżentaw 99% tan-negozji kollha fl-Unjoni Ewropea u jammontaw għal aktar minn nofs il-prodott domestiku gross tagħna. Madankollu, l-SMEs spiss jiffaċċjaw firxa ta’ sfidi li jpoġġu f’riskju s-sopravivenza tagħhom fis-suq.