Kull sena, fil-15 ta’ Marzu, niċċelebraw il-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Konsumatur biex inqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet u l-protezzjonijiet tal-konsumatur madwar id-dinja. Il-Parlament Ewropew għandu rwol kruċjali fis-salvagwardja tad-drittijiet tal-konsumatur madwar l-Unjoni Ewropea. B’aktar minn 450 miljun konsumatur fl-UE, huwa essenzjali li niżguraw trattament ġust, trasparenza u sikurezza fis-suq. Ejjew insiru nafu kif id-drittijiet tiegħek bħala konsumatur huma protetti fl-UE.