Listen

Description

Konsorzju Grieg, Ġermaniż u Brittaniku rebaħ il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2023. L-investigazzjoni tat ħarsa mill-qrib lejn l-avvenimenti li seħħew qabel, matul u wara n-nawfraġju tal-bastiment Adriana. Dan in-nawfraġju ħalla ’l fuq minn 600 migrant mejjet ’il barra mill-kosta ta’ Pylos, fil-Lbiċ tal-Greċja fl-14 ta’ Ġunju 2023.

Il-Premju jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni Ewropea, kif imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa msemmi bħala ġieħ lil Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista, bloger u attivista Maltija kontra l-korruzzjoni li nqatlet fl-2017.