Mahsa Amini u l-Moviment “Mara, Ħajja, Libertà” fl-Iran rebħu l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2023. Il-Premju twaqqaf fl-1988 biex jonora individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa msemmi f’ġieħ il-fiżiċista u d-dissident politiku Sovjetiku Andrei Sakharov, li ddedika ħajtu għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem.