Il-ħames films finalisti għall-Premju LUX tal-Udjenza 2025 huma: Animal, Dahomey, Flow, Intercepted u Julie Keeps Quiet.
Il-Premju LUX jixħet dawl fuq films li jittrattaw temi soċjali u politiċi. L-għan tiegħu huwa li jinkoraġġixxi d-dibattitu u r-riflessjoni, filwaqt li juża l-films biex jgħin fil-bini ta’ identità Ewropea aktar b’saħħitha.