Wasal iż-żmien li nivvutaw! Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, miljuni ta’ ċittadini tal-UE se jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea billi jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-UE elett direttament u l-elezzjonijiet Ewropej huma wieħed mill-akbar avvenimenti demokratiċi fid-dinja. Ingħaqad magħna f’dan l-episodju hekk kif nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn kif jitqassmu s-siġġijiet fost il-pajjiiżi tal-UE.