Wasal iż-żmien li nivvutaw! Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, miljuni ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea se jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea billi jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-Unjoni Ewropea elett direttament u l-elezzjonijiet Ewropej huma wieħed mill-akbar avvenimenti demokratiċi fid-dinja. Ingħaqad magħna f’dan l-episodju biex naqsmu miegħek xi suġġerimenti dwar kif tista’ ssib sorsi affidabbli fil-mixja għall-elezzjonijiet.