« Nazzarda ngħid li l-esej biddilli ħajti u l-mod kif inħares lejha. Ngħid dan bir-riskju li dal-kliem jinstema’ klixè. Infatti, għalija l-esej bħala tip ta’ kitba jitgeżwer f’dan ir-riskju. Ħafna drabi, jien u nikteb l-esej, kien ikun hemm vuċi ġo fija li tgħidli: “Imma min se jimpurtah minn din il-kitba personali? Dawn il-memorji huma sinifikanti għalik biss.” Dan hu riskju reali ħafna. Li nista’ ngħid hu li jkun żball jekk l-esej personali jipprova jħares biss ’il ġewwa jew lura biex bħallikieku jaqbad xi ħaġa pura u verġni. L-esej sabiħ meta jkun kapaċi jfettaħ, iwessa’ u jespandi lil hinn mis-singolarità tal-Jien sabiex qarrej li ma jafekx jista’ jieħu xi ħaġa minnu. U minnek. »
https://aphroconfuso.mt/kurt-borg-dwar-sens-ta-ħarifa/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.