Look for any podcast host, guest or anyone

Listen

Description

« Nixtieq niżfnilkom żifna minn ġo qalbi, bla mużika, u żifna b’diska favurita, u araw kif dan ġismi jirrelata differenti, kif jiċċaqlaq differenti. Agħlqu għajnejkom. Missu parti ta’ ġisimkom, tkun liema tkun. Ħossu l-ġilda. Ħossu t-temperatura ta’ dal-ġisem. Ċaqalqu bil-mod dil-parti. Ċaqalqu aktar bl-għaġla dil-parti. Agħtuha ċans terġa’ tissetilja. Ħudu nifs ’il ġewwa u żommuh. Ftakru f’xi memorja ta’ dil-parti tal-ġisem. Araw stampa ikbar ta’ fejn kontu ma’ din il-parti. Ma’ min kontu — waħidkom jew ma’ nies oħra? Kemm kellkom żmien? X’affarijiet oħra tiftakru — ħwejjeġ, diska, ikel, leħen? X’burdata impulsiva ttikom din l-istampa u din il-parti tal-ġisem? Xena astratta jew xena konkreta? Iftħu għajnejkom u rritornaw. L-istoriku jista’ jkun kontemporanju, għax malli għadda f’mument temporanju ħloqt storja oħra b’ġismek. Min jaf kemm-il storja ntesiet jew weħlet ma’ xi parti ta’ moħħna li tlifna l-aċċess għaliha. Ejja ħa nibdew minn storja qasira. »


https://aphroconfuso.mt/charlene-galea-ġismi-battikata/



Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.