Look for any podcast host, guest or anyone

Listen

Description

La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo ħareġ fl-1 ta' Mejju 1923, ftit jiem wara li Sigmund Freud ħareġ Das Ich und das Es. Svevo kien diġà midħla sew tal-psikoanaliżi u fir-rumanz tiegħu juża l-ideat ta’ din it-terapija ġdida fl-istess ħin li jipparodizzaha. Il-protagonist tar-rumanz, Zeno Cosini, hu konvint li huwa marid u li jekk jaqta’ s-sigaretti darba għal dejjem ikun jista' fl-aħħar jibda jgħix tassew, mingħajr il-kompromessi li dejjem taqqlulu l-kuxjenza tiegħu.


“It-Tipjip” huwa kapitlu mir-rumanz, maqlub għall-Malti minn Joe Gatt.


https://aphroconfuso.mt/italo-svevo-joe-gatt-it-tipjip/


Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.