Look for any podcast host, guest or anyone

Listen

Description

« Żgur li ismi familjari. Żgur li smajt bosta stejjer fuqi. Iżda żgur qatt ma smajt dak li ġara bejni u bejn Persew. Nitolbok, iskot ftit u isma’ l-istorja tiegħi qabel nissarraf f’elf framment ta’ miti oħra…

Mela darba, ħmistax-il sena ilu, meta kont għadni tifla, kont ngħix mal-ġenituri tiegħi, Foriku u Keto, fuq gżira serena mdawra b’baħar blu jwerżaq. Id-dar kienet ċkejkna, bi tlett ikmamar kollox; il-kċina, il-kamra tal-bżonnijet tagħna u l-kamra fejn konna norqdu jien u ħuti l-oħra. Għalkemm bejni u bejn ħuti l-kbar ftit snin biss kienu jifirduna — qabża ta’ sentejn kull wieħed — l-ikbar differenza kienet il-vulnerabbiltà tal-mortalità tiegħi. »


https://aphroconfuso.mt/rowena-grech-medusa/


* Din l-istorja tittratta temi ta’ vjolenza sesswali.


Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.