Listen

Description

« Nathalie u Maimouna kienu ltaqgħu Ouagadougou meta kienu għadhom tfajliet. Missier Nathalie kien jaħdem mal-gvern, u hi trabbiet f’maisonette mdaqqas, l-armarju mimli porċellana, missierha jġib il-ħelu wara x-xogħol u ħutha jagħmlu x-xogħol tal-iskola waqt li hi taparsi tgħin lil ommha fil-kċina kulur l-għeneb. L-imħabba ta’ bejnha u bejn ommha kienet toħroġ iktar fit-tisjir milli fil-kliem. Meta kienet żgħira, Nathalie xtaqet issir attriċi; kien jaffaxxinaha ċ-ċinema. Bdiet tistudja l-letteratura Franċiża l-università, bl-għan li tibda taħdem u tinvolvi ruħha fl-industrija tal-films u l-avvenimenti kollha li kienu jsiru f’Ouagadougou. Kellha tibda u twaqqaf il-kors diversi drabi minħabba l-inċertezza politika tal-ewwel ftit snin tad-deċennju li għadda, sakemm fl-aħħar ma felħitx iktar u ddeċidiet li temigra. Sadanittant kienet saret ħbieb ma’ Maimouna, li kienet marret tgħix Ouagadougou biex tmantni l-familja tagħha, u ddeċidew li jitilqu flimkien. »

https://aphroconfuso.mt/noah-fabri-ħsieb-il-ħamiema/


Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.