Henry Zammit - kiber fil-business. Kiber f’familja għaqlija li dejjem ħadmet ħafna. Hu tgħallem ħafna minn hemm iżda dejjem kien jixtieq jaqbad triq oħra.
Kienet iebsa għalih biex jitlaq u jibda kollox mill-bidu, iżda f’dan il-podcast jirrakkontalna l-istorja tiegħu u għaliex illum jiddedika ħajtu biex jikber hu u jgħin lil-ħaddiehor jikber ukoll. Jgħidilna kif m’għandekx taqta qalbek u taħdem ghal-dak li tixtieq.