podcast
details
.com
Print
Share
Look for any podcast host, guest or anyone
Search
Showing episodes and shows of
Aphroconfuso
Shows
Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: il-ħames - Beverly Agius
Aphroconfuso,jaqaw sirt taf li qed niktbek?https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-5-il-ħames/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2025-06-27
01 min
Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: ir-raba’ - Beverly Agius
Aphroconfuso,jaqaw sirt taf li qed niktbek?https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-4-ir-raba/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2025-06-27
01 min
Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: it-tielet - Beverly Agius
Aphroconfuso,jaqaw sirt taf li qed niktbek?https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-3-it-tielet/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2025-06-27
01 min
Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: it-tieni - Beverly Agius
Aphroconfuso,jaqaw sirt taf li qed niktbek?https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-2-it-tieni/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2025-06-27
01 min
Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: l-ewwel - Beverly Agius
Aphroconfuso,jaqaw sirt taf li qed niktbek?https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-1-l-ewwel/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2025-06-27
01 min
Aphroconfuso
Noti Editorjali: Ryan Falzon
« Jien dejjem għedt, jiena ħa nikteb fuq l-idea ta’ dominanza, fuq l-idea ta’ aggressjoni, fuq l-idea ta’ intrużjoni, invażjoni, permezz ta’ vettura u l-ħoss tagħha u l-kulur tagħha. Biss sibtni nikteb fuq xi ħaġa ħafna iktar doċli, ħafna iktar ratba. Sibt lili nnifsi nikteb fuq il-ħruġ tal-Ħadd waranofsinhar bil-karozza. Kienet għażla għax ħsibt ħafna fuqha, għax ovvjament il-ħruġ bil-karozzi llum il-ġurnata jsir ukoll. Il-Ħadd filgħodu kmieni huwa l-unika slott fejn wieħed jista’ joħroġ vettura klassika u ma jsibx daqshekk traffiku, forsi joħroġ ħafna iktar moħħu...
2025-04-21
53 min
Aphroconfuso
Il-Kastell - Leslie Vassallo
Minn fuq is-swar tal-belttara għoljiet imwieġ iħaddru — Irħula bojod u arbli ta’ knejjes ibaħħru.Minn fuq il-fortizzatilmaħ armati sofor ta’ lellux, ġarġir;Fit-toroq qodma l-bizzilla minsuġa tal-belt;Fi rkejjen, kull lewn tal-gżira jixxerred fuq tila....https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-il-kastell/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2025-03-26
02 min
Aphroconfuso
Marċ Maqbuż - Leslie Vassallo
Ix-xitwa tmut hekk — Gżira — jew bastiment — jgħibu fiċ-ċpar;Riefnu jiġbed nifs sagħtar — Berwieq għarwien fuq irdum,wiċċ nemex tal-bużbież;iħirsa — jew aħna — max-xifer....https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-marċ-maqbuż/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2025-03-26
03 min
Aphroconfuso
Wirja - Leslie Vassallo
Immorru, ukoll, minn labirint toroq,għal wirja ta’ pitturi, statwi — Qlugħ bojod f’ċpar ilwien jinbarmu;swaba’ mwieġ deħlin fuq xatt mitluq:U nofs dawra qaddisin martrib’qillet ġrajjiethom f’idejhom, f’ħarsithom.Mal-ħitan stqarrija safra trombi, platti, tnabar — ...https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-wirja/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2025-03-26
02 min
Aphroconfuso
Dwar sens ta’ ħarifa - Kurt Borg
« Nazzarda ngħid li l-esej biddilli ħajti u l-mod kif inħares lejha. Ngħid dan bir-riskju li dal-kliem jinstema’ klixè. Infatti, għalija l-esej bħala tip ta’ kitba jitgeżwer f’dan ir-riskju. Ħafna drabi, jien u nikteb l-esej, kien ikun hemm vuċi ġo fija li tgħidli: “Imma min se jimpurtah minn din il-kitba personali? Dawn il-memorji huma sinifikanti għalik biss.” Dan hu riskju reali ħafna. Li nista’ ngħid hu li jkun żball jekk l-esej personali jipprova jħares biss ’il ġewwa jew lura biex bħallikieku jaqbad xi ħaġa pura u verġni. L-esej sabiħ meta jkun kapaċi...
2025-03-13
35 min
Aphroconfuso
Aċtu fl-Istonku - Loranne Vella
« It-te aħdar itiegħem ħażin, forsi għax mhux tajjeb nixorbu filgħodu. Il-bżar mixwi jeħilli fil-gerżuma. Ma rridx nibla’. Imma hemm tliet uċuh iħarsu lejja jien u nipprova nomgħod, ma rridx naqla’ fil-platt quddiemhom. Irrid norqod. Għajjiena dal-aħħar. Bħal meta nitħeddel bis-sħana waranofsinhar. Imma għadna Frar, mit-tieqa nara l-borra nieżla ħafif ħafif, forsi missni ntbaħt dakinhar. Fis-sodda nħossni aħjar. M’iniex f’sikkti. Barxa? Virus? Aċtu fl-istonku? »https://aphroconfuso.mt/loranne-vella-aċtu-fl-istonku/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more
2025-03-09
10 min
Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru sitta - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’...
2025-02-14
01 min
Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru tlieta - Kris Polidano
narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’ Light Design Solutions, Valletta Contemporary Gallery, APS Bank, SAW Ltd, u Interior Outfitters.https://aphroconfuso.mt/kris-polid...
2025-02-14
01 min
Aphroconfuso
il-ġentrifikazzjoni tas-skiet - Nathan Anthony Pace
« tistenbaħ kakofonikutħawwad il-bormatixgħel il-kitlatgħalli litru ilmatrattab l-arja bil-kafèfwiħtu tittraslokani fil-belt tal-balavostri mdewdau l-frontispizji mnaqqxa biċ-ċikonji... »https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-il-ġentrifikazzjoni-tas-skiet/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2025-02-09
03 min
Aphroconfuso
nonfoħ fil-kustilji allużjonijiet ġodda - Nathan Anthony Pace
« Tistaqsini jekk nemminx b’Ġesù Kristu imma l-kumplimenti kumplimenti jibqgħu, jiġu mingħand min jiġu. Ngħidilha li Ġesù Kristu żelaq min-nifs li nieħu bħad-dijossidu tal-karbonju u ma nafx għadx jerġa’ jidħol. Tgħidli li Alla nefaħ fil-kustilji t’Adam u ħoloq lill-mara u nħossha tifhimni. Nistaqsiha xi knisja tattendi u tgħidli li hi Mormona. Naqbdu nidħqu bil-ġuvintur bil-qomos bojod u l-qliezet suwed li żgur mhumiex tas-satin iċemplu l-qniepen tan-nies biex iwasslulhom lil Ġesù Kristu. Tgħidli li forsi tliftu għax ma sibtx komunità u ngħidilha li mhux għalhekk imma nkun...
2025-02-09
07 min
Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru ħamsa - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’...
2025-02-07
01 min
Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru erbgħa - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’...
2025-01-31
01 min
Aphroconfuso
Ħbiberija, Ħrejjef, Komunità (taħdita)
Fl-24 ta’ Jannar 2025 fis-6:00pm, flimkien ma’ Kurt Borg u Noah Fabri, konna l-mistednin tal-Librerija Pubblika ta’ Pembroke. Raylene Abdilla tkellmet dwar il-kitbiet f’Aphroconfuso u Omar N’Shea mexxa d-diskussjoni. Kurt tkellem dwar il-ġabra ta’ esejs tiegħu sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin 2024) u qara silta minnu. Noah Fabri tkellmet dwar ir-rumanz tagħha It-Togħma Morra taċ-Ċiċri (Merlin 2024) u wkoll qrat silta minnu. Raylene tkellmet dwar diversi kitbiet li jidhru f’Antoloġija 1 u li jidhru wkoll online fosthom Medusa ta’ Rowena Grech, Il-Labra, Il-Lanza, il-Qoffa, l-Azzarin ta’ Loranne Vella, Likantropi ta’ Davinia Hamilton, u d-Djarju ta’ Warren Bartolo. Omar N’Shea...
2025-01-29
1h 26
Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru tlieta - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’...
2025-01-24
01 min
Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru tnejn - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’...
2025-01-24
01 min
Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru tnejn - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’...
2025-01-17
01 min
Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru wieħed - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’...
2025-01-10
01 min
Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru wieħed - Kris Polidano
« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’...
2025-01-10
01 min
Aphroconfuso
lil poeta li qalli li qed jikteb bħal wieħed vera xiħ dan l-aħħar - Jasmine Bajada
Jasmine Bajada taqra “lil poeta li qalli li qed jikteb bħal wieħed vera xiħ dan l-aħħar”.https://aphroconfuso.mt/jasmine-bajada-lil-poeta-li-qalli-li-qed-jikteb-bħal-wieħed-vera-xiħ-dan-l-aħħar/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2024-12-09
01 min
Aphroconfuso
Il-Komunità tal-Kitba (taħdita)
Il-Komunità tal-Kitba kien avveniment li tellajna fid-9 ta’ Novembru 2024 waqt il-Festival tal-Ktieb, f’Ta’ Qali. Ħadu sehem Raylene Abdilla, Jasmine Bajada, Miriam Galea, Davinia Hamilton, Maria Theuma u diversi kittieba oħra tal-ġurnal.« Ħafna drabi meta niktbu nkunu magħluqin f’kamra waħidna, iżda l-kliem li nużaw qatt mhu tagħna biss. Matul l-ewwel sena ta’ Aphroconfuso ridna noħolqu, flimkien mal-kittieba tagħna, komunità fejn il-kliem mhux biss jingħad darba u jintelaq għall-irwiefen taż-żmien, iżda jsib eku u risposta fi kliem ieħor fil-ġurnal stess, fl-istorja letterarja tagħna u tad...
2024-11-26
51 min
Aphroconfuso
Joey Tilbes, it-Tabù Tinża’ - Omar N’Shea
« Bħal ritwal somatiku, kull filgħodu tfaqqa’ pirmla vjola tal-Premarin minn ġol-kartuna u tiblagħha, tmexxi s-swaba’ ta’ jdejk għal fuq sidrek biex tħoss jekk hemmx xi għoqda qed tibbies, nofsok imwerwer u n-nofs l-ieħor ħerqan. Xagħrek qed jissaħħaħ, ileqq, jiffolta u jiggoffa. Qed jitwal malajr. Il-ġilda bdiet tirtab. M’għandekx iktar suf ma’ biżlejk u allura m’għadekx tqaxxru bix-xafra. Il-leħja m’għadhiex tixrief u tigref; saret dell taħt geddumek u l-foundation qed jgħattiha aħjar. Għajnejk qed jibbru, qed isiru iktar ħelwin. Bdejt tħossok iżgħar. Qed tarak...
2024-11-14
47 min
Aphroconfuso
Il-Mara tas-Suldat - Jien_a
« Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb kollu. Imbagħad, xħin twaqqfu l-ewwel bliet, bosta maħbubin kissru l-armonija oriġinali u sejħu lilhom infushom ommijiet. Minn dan iż-żmien ’l hemm, il-kelma amazzuna saret tfisser għalihom tifla, li qatt ma tikber, immatura, dik li qatt ma tħaddan id-destin tagħha. L-amazzuni...
2024-08-18
52 min
Aphroconfuso
Sottomissjoni - Glorianne Micallef
« U bħal b’vendikazzjoni ddeċidiet ma tkomplix tipprova, u għal ftit minuti komplew jixorbu ċ-Cisk fil-kwiet ta’ bejniethom u l-istorbju ta’ madwarhom, fuq it-taraġ tal-Ġugar, waqt li qagħdet taħseb li setgħet għamlet użu aħjar tal-ġurnata off. Torqod. Taħsel il-karozza. Twieġeb dak il-messaġġ ta’ ħabibtha Abby minn xi xahrejn ilu. Kif waslet fl-aħħar boqqa kienet se ssellimlu u tibda miexja lura lejn il-karozza imma minn ħalqha ħarġet proposta li jmorru passiġġata. U ħaditu sal-breakwater, u l-baħar kien kalm u kien hemm il-kwiet għax l-għada kienet ħa tibda l-iskola u...
2024-08-08
26 min
Aphroconfuso
Persjani - Aaron Aquilina
« Il-Malti ma tantx iħallini bi kwieti. Noħroġ mill-kamra tal-letturi u nċempel ’l ommi biex ngħidilha li llum ħa niekol għandha; u ara biss taqbiżli kelma bl-Ingliż għax jibda t-tingiż. Mela nsejtu l-Malti? Minn mindu ’l hawn? Kemm sirt qżież! Imma dan kollu bi tbissima tgħidhuli. Tinkini biex tfakkarni fejnhom għeruqi (hawnhekk! Int Malti ta’ Malta!), ma jmurx ninsa li jien fjura, niġbor għeruqi fil-ħorża, u nitilqilha niġri ’l hemm bħalma għamilt kemm-il darba diġà. »https://aphroconfuso.mt/aaron-aquilina-persjani/Noti: “ilsien selvaġġ” ta’ J...
2024-07-05
43 min
Aphroconfuso
Is-Solitudni tal-Fotografu - Antoine Cassar
Hawn xbin, trid kafè?Minn ġol-džezvajissawwab il-meraq ġamrili ’l-qalb dalwaqt iġibha ġunġliena mġenġla.Deħlin u ħerġin...https://aphroconfuso.mt/antoine-cassar-is-solitudni-tal-fotografu/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2024-06-22
03 min
Aphroconfuso
ġenealoġija ta’ bankina - fatima a.m.
« il-bankina qatt ma tispiċċa fejn tistennieha li tispiċċa. ma’ kull kantuniera titbewwaq, tixpakka ċ-ċirkonferenza u b’xi mod issib estensjoni mibnija ta’ malajr. bejn storja ta’ tetris raffa, bejn logħba jenga li qatt ma ntrebħet. is-soluzzjoni moderna ferm dejjem immarkata b’linja ħafifa tal-metall, li tissepara l-istorja tal-art mill-futur tagħha, imma l-għaksa taf tintrewa sa ma toħroġ minn dan l-univers t’asfalt u tlaqqit. »https://aphroconfuso.mt/fatima-a.m.-ġenealoġija-ta-bankina/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2024-06-07
07 min
Aphroconfuso
Likantropi - Davinia Hamilton
« Xi tfajliet imorru jaraw x’sar, u ma jiġux lura. Tmur oħra, imbagħad oħra. Imbagħad immorru lkoll kemm aħna, rassa sħiħa, kulħadd xhud. Is-sink sewwewh. Il-grouting tal-madum wara s-sink jidher iktar abjad u ġdid minn tal-madwar. Dan l-uniku sinjal tat-traġedja. Nitla’ fuq ponot subgħajja biex nara t-tiswija jien ukoll. Kollox ileqq. Hawn riħa ta’ plastik u affarijiet ġodda. Ix-xebbiet kollha jqarrsu wiċċhom. Ħadd ma jlissen kelma, imma nisma’ n-nifs li qed nieħdu, sinkronizzat. Nisma’ l-polz iħabbat f’rasi, demmi, ir-ritmu ta’ ġismi. Nisma’ l-istess ritmu fit-tfajla ta’ maġenbi. L-istes...
2024-05-17
20 min
Aphroconfuso
Noti Editorjali: Noah Fabri
« Dawn il-proċessi kollha huma xi ħaġa li tinteressani peress li ovvjament huma assoċjati aktar man-nisa, max-xogħol tan-nisa, li ma tistax tikkapitalizzah. Jiġi kkapitalizzat, imma l-bażi tiegħu mhix il-kreazzjoni tal-valur, il-valur tiegħu mhux ekonomiku imma huwa soċjali. Qiegħed biex tirriproduċi s-soċjetà, jew tħaddan ’in-nies, biex tieħu ħsiebhom. Dak huwa l-valur prinċipali ta' dan it-tip ta' xogħol. Allura nieħu gost nuża dat-tip ta' xogħol meta nkun qed naħdem fuq proġetti artistiċi. Nieħu gost nagħmilhom waqt li nkun qed nitkellem ukoll fuq il-ġen...
2024-05-11
1h 10
Aphroconfuso
Bur Mgħeż #4: Ħallejt it-tebut għal ġisimha biss - Omar N’Shea
« Poġġa fit-tarf tal-wita jħares ’l isfel, radam ta’ ġebel imrembel mal-għargħar tal-ilma li eluf ta’ snin ilu niżel minn Ħad-Dingli għall-port tal-Marsa, iħares lejn il-marki ta’ tidwir u rrumblar fl-uċuħ tal-ġnub tal-wied u l-għerien, l-għelieqi u l-imnasab, jonfoħ fis-suffara li kien qed ilesti u qalli: hawn kienu jgħixu d-deffiena ta’ Bur Mgħeż. »Ħajr lil Maria Giuliana Fenech għall-għajnuna tagħha fit-traslitterazzjoni ta’ ismijiet mill-Grieg Antik. L-epigrafu huwa meħud mill-ġabra Raxx tas-Silenzju, 2012. Notes of a Naturalist in the Nile Valley and Malta ta’ Andrew Leith Adams kien ippubblikat m...
2024-03-28
1h 33
Aphroconfuso
Il-Kliem fit-Teorija (taħdita)
“Il-Kliem fit-Teorija” kienet taħdita li saret fil-21 ta' Marzu 2024 waqt il-festival Kampus Kotba, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. It-taħdita kienet it-tnedija ta’ proġett bl-istess isem fuq il-ġurnal.Termini fil-ħsieb kontemporanju malajr isibu ruħhom fid-diskors kulturali u politiku mingħajr ma jkun sar ingaġġament mar-raġunijiet għalfejn nużaw lilhom flok oħrajn. Meta niktbu bl-istess lingwa li biha naqraw, faċli nużaw dal-kelmiet mingħajr ma nirriflettu wisq fuqhom. Iżda meta niktbu bil-Malti, id-diffikultà tat-traduzzjoni tista’ ssir privileġġ: tagħtina l-opportunità ningaġġaw mill-qrib mat-termini qabel indaħħluhom fil-lingwa tagħna. “Il-Kliem...
2024-03-27
50 min
Aphroconfuso
Bur Mgħeż #3: Qegħedtha ġo qabar fuq l-Għolja tal-Ħorr - Omar N’Shea
F’din il-parti, Omar jibda mill-metodi tal-arkeoloġija sakemm jgħaddi għall-mezzi li nużaw bħala bnedmin biex niftakru ’l qrabatna, kemm biex nibqgħu magħhom u kemm biex nerħulhom f’idejn iż-żmien, “il-proċessi soċjali, fiżiċi u ontoloġiċi li bihom il-ħajjin jittrasformaw il-ġisem bla ħajja fil-ġisem mejjet”. Il-metodu xjentifiku li tuża l-arkeoloġija moderna hija l-istratigrafija, tħaffir tat-trinek li jħalluna naraw is-saffi li jserrħu wieħed fuq l-ieħor taħt saqajna.Noti: Ħajr lill-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u lill-Mużew Nazzjonali tal-Arkeolo...
2024-03-07
1h 07
Aphroconfuso
Noti Editorjali: Kurt Borg
« Dan il-proġett tal-esejs għalija huwa proġett ta’ memorja li l-pandemija tefgħetni fih. Jiġifieri l-pandemija, forsi kif esperjenzaha wkoll ħaddieħor, jien esperjenzajtha b’ċertu żlugar. Żlugar mill-ordinarju. Għaliex? Għax kollox ġie żlugat. Il-ħajja tagħna, għal ħafna nies il-post fejn jgħixu, il-mod kif jgħixu, ix-xogħol, kollox ġie maqtugħ mill-ordinarju. Dak il-qtugħ ħafna nies esperjenzawh bħala trawma, ma nixtieqx inxejjen minn dan, kien hemm ħafna mewt fl-arja, u ħafna nies esperjenzawh b’uġigħ. Oħrajn esperjenzawh b’forma ta’ libertà stramba u libertà ġdida li f’daqqa waħda “għandi ħafna iktar ħin” jew “għand...
2024-02-22
1h 02
Aphroconfuso
Manifest Kontra ż-Żmien - Kris Polidano
Jgħidu li l-ħin jeżisti biex ma jseħħx kollox f’daqqa. Bil-Malti għandna l-idea ta’ ħin u l-idea ta’ żmien bħala fenomeni distinti. Il-ħin qisu dak li jgħaddik minn mument għall-ieħor. Il-ħin tħossu għaddej. Iż-żmien, però, tinduna bih wara; tħares lura u tintebaħ li għaddew is-snin, li ġa ilek f’din id-dinja għoxrin, tletin, tmenin sena. Tħaffer fl-art u tintebaħ li ġa għaddew minn fuq id-dinja eluf ta’ snin, miljuni. F’“Manifest Kontra ż-Żmien”, Kris Polidano, f’dik in-nofs siegħa interminabbli ta’ vjaġġ b’tal-linja, tkej...
2024-02-08
19 min
Aphroconfuso
Flaming Fag - Matteo Pullicino
“Flaming Fag” ta’ Matteo Pullicino toħodna fl-intimità tal-friex, tas-sodda, fl-intimità ta’ bewsa. Fl-attentati — minkejja d-dinja — li ngħaddu xi ħaġa, xi forma ta’ ġmiel, wieħed lill-ieħor, permezz ta’ kliem, ta’ vrus, ta’ poeżija.https://aphroconfuso.mt/matteo-pullicino-flaming-fag/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2024-01-18
04 min
Aphroconfuso
Insalata - Noah Fabri
“L-ikbar deċiżjonijiet politiċi li għandna bżonn nieħdu huma dwar l-ikel”, tgħid Noah Fabri f’“Insalata”. L-ikel illum “jissimbolizza wkoll l-inugwaljanza u l-inġustizzji tal-katini tal-provvista u l-kapitaliżmu globali, il-ħela u l-ġuħ”. Fil-performance li kien jisimha wkoll “Insalata”, u li ttellgħet bejn Awwissu u Ottubru 2023, Noah tkellmet dwar ir-relazzjoni bejn l-ikel u l-ġeneru. Tiftakar kif fl-iktar mumenti f’ħajjitha fejn kellha bżonn tikkomunika mal-familja tagħha, ma’ nannitha u ommha, kien bit-tisjir li dan sar bl-iktar mod intens.Noti: Cruel Optimism ta’ Lauren Berlant huwa pubblikazzjoni D...
2024-01-06
20 min
Aphroconfuso
Bil-Moħbi fil-Beraħ - Omar N’Shea
« Lejn it-tmiem tas-seklu għoxrin, jiġifieri fis-snin tmenin u disgħin f’Malta, irġiel li kienu jfittxu intimità ma’ rġiel oħra għamlu patroċinju ta’ spazji pubbliċi definiti—bħal latrini, ġonna, u bajjiet—primarjament għal għanijiet ta’ intimità fiżika u sesswali iżda wkoll bħala spazji fejn ħafna setgħu jkunu queer mingħajr ma jħabbtu wiċċhom ma’ intolleranza u theddid. It-tendenza li tfittex l-intimità fi spazji pubbliċi kienet maqsuma ma’ ħafna pajjiżi lil hinn mill-gżira tal-Mediterran, ovvjament, iżda l-kuntest lokali ta lok għal użu partikolari tal-ispazju ddetermina...
2023-12-20
43 min
Aphroconfuso
Noti Editorjali: Davinia Hamilton
Taħdita ma' Davinia Hamilton dwar it-teatru, il-kitba, u r-relazzjoni bejniethom. Fost ħafna affarijiet oħra, nitkellmu wkoll dwar ix-xogħol teatrali Blanket Ban, li ħolqot flimkien ma’ Marta Vella, u l-kitba tal-esej tagħha Żerriegħa fuq Aphroconfuso.Fit-taħdita Davinia ssemmi l-ktieb Time Lived, Without Its Flow ta’ Denise Riley, pubblikazzjoni Picador 2019, u t-talk tal-2004 “The Emancipated Spectator” ta’ Jacques Rancière.https://aphroconfuso.mt/davinia-hamilton/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2023-12-18
53 min
Aphroconfuso
-Na -I -Hom - Kris Polidano
L-interess primarju ta’ Kris Polidano huwa li tikteb dwar li tgħix f’pajjiż fejn kollox dejjem jinbidel u fl-istess ħin ma jinbidel xejn. Permezz t'hekk tħares lura lejn kif iż-żmien jgħaddi, jitgerbeb, iqarraq bina u, sa ċertu punt, jisseduċina bin-nostalġija.https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-na-i-hom/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2023-12-15
03 min
Aphroconfuso
Qamar Aħmar - Simon Bartolo
« Nitwieldu u nikbru. Inwelldu u nkomplu nikbru sa ma fl-aħħar nispiċċaw. M’hemmx mod ieħor.” Hekk tgħid Virginia lil oħtha Vera fin-novella “Qamar Aħmar” ta’ Simon Bartolo. “Kollox jitmermer. Kollha se nispiċċaw.” Dan il-fataliżmu jibda ċiklu li jiżvolġi f’ritorn—u bħal dejjem, it-tfittxija għall-istorja tagħna hija neċessarjament tfittxija għal dak li fadal minn ta’ qabilna. Meta ż-żagħżugħ fin-novella jasal fir-raħal biex ifittex lil oħt nanntu, “il-pjan kien li jfittex iċ-ċimiterju biex isib id-dar”. Iċ-ċimiterju huwa r-raħal tal-imgħoddi li se jibqa’ tul iż-żmien, “it-tkomplij...
2023-12-14
25 min
Aphroconfuso
Noti Editorjali: Omar N’Shea
Taħdita ma’ Omar dwar kif sar jaf b’Bur Mgħeż, kif għamel ir-riċerka tiegħu dwar is-sit u xi ħsibijiet dwar id-dixxiplina tal-arkeoloġija u l-"metodoloġija" letterarja.Aqra u isma' l-ewwel żewġ partijiet ta' Bur Mgħeż, li nsemmu f'din it-taħdita:1. Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar2. Dfintha fil-libsa li mietet fiha Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2023-11-22
1h 02
Aphroconfuso
Bur Mgħeż #2: Dfintha fil-libsa li mietet fiha - Omar N’Shea
It-tieni parti mis-sensiela dwar Bur Mgħeż. Hawnhekk insibu lil Omar jeżamina d-dokumenti miġburin fid-dossier MUS 1196-20 fl-arkivji tas-Santu Spirtu r-Rabat. “Fihom naraw lil Bur Mgħeż maqbud bejn il-Knisja, li kellha l-art fil-portafoll tal-Isqof, l-imprenditur Michele Zammit li għandu kienu mikrijin l-għelieqi u l-barrieri fejn id-dagħbien ta’ Bur Mgħeż kixfu d-dfin u l-fdalijiet Neolitiċi, u l-Valletta Museum flimkien mal-Gvern ta’ Malta li riedu jakkwistaw l-artijiet biex ikomplu jesploraw il-fdalijiet tas-sit u jipproteġuhom mill-iskavar tal-barrieri għall-ġebla tal-franka”.Noti: L-epigrafu huwa meħud mill-poeżija ta’ Marjanu Vella “Ħitan tas-Sejjieħ”. Hemm qar...
2023-11-22
1h 00
Antenni Suspettużi
13 Loranne Vella
Fit-13 u l-aħħar episodju għal dan l-istaġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Loranne Vella, l-awtriċi li mxiet b'versatilità impressjonanti minn ġeneru ta' kitba għal ieħor, u li issa tinsab finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bl-aħħar rumanz tagħha, "Marta Marta."Vella tkellimna dwar il-ġurnal letterarju u l-podcast bl-istess isem ta' Aphroconfuso, li issa dieħel fit-tieni sena tiegħu u li qed jiġġenera kitba letterarja ġdida u friska, inkluża kwir.Mid-distanza ta' awtriċi li telqet minn Malta 18-il sena ilu, Vella titkellem ukoll dwar l-importanza...
2023-11-21
49 min
Aphroconfuso
Bur Mgħeż #1: Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar - Omar N’Shea
« Bur Mgħeż għeb fil-baħħ. Sparixxa. Kieku ma kinux dawk l-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Anki l-isem sparixxa, u sparixxiet ukoll il-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu lura mill-mewt? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawn l-esejs li ġejjin se nipprova nirkupra ’l-Bur Mgħeż minn għejun differenti. »Noti: Għal dan l-esej ikkonsultajt “Prehistoric Burials in a Cave at Bur-Meghez, Near Mkabba, Malta” ta’ Napuljun Tagliaferro, ippubblikat fil-ġurnal Man Vol. 11 (1911) mir-Royal Anthropological Institute of...
2023-11-15
58 min
Aphroconfuso
mona lisa | karnival ieħor - Matthew Schembri
“Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd...” L-għanja nafuha u mill-ewwel nifhmu li ż-żmien mistenni minn kulħadd suppost huwa l-karnival, dawk il-jiem fejn l-ilwien jgħammxu l-għajnejn u l-irtokk u t-travestija huma għal kulħadd. Festa li maż-żmien immansat u llum nassoċjawha l-aktar mat-tfal. Iżda għal uħud tista’ tfisser ħafna aktar minn sempliċi logħba bil-maskri u l-kostumi.https://aphroconfuso.mt/matthew-schembri-mona-lisa-karnival-ieħor/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2023-11-09
05 min
Antenni Suspettużi
11 Matthew Schembri
Poddata ġdida ma' Matthew Schembri, l-awtur ta' "Stessi" u "Ħassartek", li jkellimna dwar il-proċess li wasslu biex iħassar ir-rumanz tiegħu stess u jiddistillah f'poeżija, fi żmien meta l-Fibromyalgia żammitu lura milli jikteb, u kif jasserixxi l-identità Queer permezz tal-letteratura. Ta' ispirazzjoni kbira kif Schembri jdawwar tbatija fiżika u mentali f'att ta' kreazzjoni.Fil-poddata nsellmu wkoll lill-ħbieb tagħna ta' Aphroconfuso, li Matthew qed jikkollabora magħhom fuq proġett ġdid, u li minbarra rivista letterarja għandhom podcast interessanti ferm bl-istess isem.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi...
2023-11-07
48 min
Aphroconfuso
Kif Tgħidha f'Qalbek (taħdita)
“Kif Tgħidha f’Qalbek” kienet taħdita waqt il-Festival tal-Ktieb fil-21 ta' Ottubru 2023. Fuq stedina ta' Mallia & D’Amato Booksellers, l-edituri ta' Aphroconfuso jitħaddtu ma’ Kurt Borg, Davinia Hamilton u Omar N'Shea.“Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni, il-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar ovvju minn dak li hu mifhum minn min jgħid hekk. F’dawn l-ewwel xogħlijiet li għandna fil-ġurnal tagħna din it-taqbida kienet ta’ spiss parti importanti mill-kitba u mill-proċess editorjali. Meta l-ewwel niddeċiedu li niktbu dwar suġġetti li aħna...
2023-11-01
58 min
Aphroconfuso
Żerriegħa - Davinia Hamilton
« Fil-ħarifa tal-2020, fil-bidu tat-tieni lockdown, żrajt żerriegħa għall-ewwel darba f’ħajti, u r-raħs ta’ idea rabba l-għeruq. Dak iż-żmien konna f’nofs il-pandemija: in-numri—l-infezzjonijiet, il-pazjenti l-ICU, u l-imwiet—kienu telgħin, u konna qegħdin niffaċċjaw xitwa twila u kiefra. Malta kienet tinħass ’il bogħod ’il bogħod—’il bogħod wisq minn dan l-appartament żgħir f’Londra. Iż-żmien kien għaddej b’pass illajmat imma goff, ma jċedi xejn. Ħassejt in-nuqqas ta’ familti, kont ili xhur twal ma narahom, u l-ivvjaġġar kien għadu perikoluż. Kien għad ma kellniex vaċċin biex i...
2023-10-17
1h 06
Aphroconfuso
Il-Kuxjenza fit-Truf - Joe Gatt
Nota dwar it-traduzzjoni ta' “It-Tipjip”, kapitlu minn La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo.« Ir-relazzjoni ta’ Svevo u l-persunaġġi tiegħu mat-Taljan ma kinitx wisq ’il bogħod minn dik li kienet ta’ Maltin tal-istess żmien, u tal-istess klassi borgeża. Malta, bħal Trieste, kienet iktar minn darba ġiet fil-mira tal-irredentisti Taljani: żewġ ‘gżejjer’ miżmumin bil-ħakma tal-ikbar żewġ imperi ta’ dak iż-żmien milli jwettqu d-destin tagħhom u jingħaqdu ma’ ħuthom Taljani... Bħal ħafna nies ta’ madwar il-ġenerazzjoni tiegħi, jien naf it-Taljan mhux partikolarment għax tgħallimtu l-iskola — ...
2023-09-27
14 min
Aphroconfuso
It-Tipjip - Italo Svevo (tr Joe Gatt)
La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo ħareġ fl-1 ta' Mejju 1923, ftit jiem wara li Sigmund Freud ħareġ Das Ich und das Es. Svevo kien diġà midħla sew tal-psikoanaliżi u fir-rumanz tiegħu juża l-ideat ta’ din it-terapija ġdida fl-istess ħin li jipparodizzaha. Il-protagonist tar-rumanz, Zeno Cosini, hu konvint li huwa marid u li jekk jaqta’ s-sigaretti darba għal dejjem ikun jista' fl-aħħar jibda jgħix tassew, mingħajr il-kompromessi li dejjem taqqlulu l-kuxjenza tiegħu.“It-Tipjip” huwa kapitlu mir-rumanz, maqlub għall-Malti minn Joe Gatt.https://aphroconfuso.mt/italo-svevo-joe-gatt-it-tip...
2023-09-27
53 min
Aphroconfuso
Reċti tal-Kbar, Parties tat-Tfal - Ryan Falzon
« Mhux faċli tikteb fuq Malta. M’għadux faċli tikteb fuq Malta, jekk qatt kien. Faċli tpinġi ’l Malta tribujiet, il-blu professjonisti, il-ħomor bl-ispanner f’idhom u l-boilersuit żejtnija, Maltin kontra Għawdxin, tan-North u tas-South, tal-Belt, tal-Kottonera, iż-Żwieten, ta’ wara l-mina... Viżjoni ppożizzjonata bir-riħ impoppa, il-qlugħ bl-emblema miftuħin pagun, il-boxxla ssettjata direzzjoni fondi pubbliċi, lagħqiżmu u paroli fieragħ. Faċli l-viżjoni ta’ Malta bħala l-aħħar stadju qabel apokalissi stil Nostradamus, fejn barra kollox jaħdem arloġġ u Malta erezzjoni disfunzjonali waħda. »https://aphroconfuso.mt/ryan-fa...
2023-09-17
20 min
Aphroconfuso
Lejl u Nhar - Miriam Galea
Il-persunaġġi f’“Lejl u Nhar” ta’ Miriam Galea jitbattlu mid-dija qalila tax-xemx Maltija u jaħarbu ’l fuq lejn belt Ewropea fejn il-ġurnata mudlama kważi bħal-lejl, fejn “it-temp ikrah illum” u s-“sema donnu tbenġila”. U minkejja l-ħarba, kollha donnhom jistaqsu l-istess mistoqsija: “Fejn qed tistaħba x-xemx tisreġ, fejn mar id-dawl?” Il-lejl jgħattik minn ħaddieħor imma jikxfek miegħek innifsek. “Fid-dlam u fix-xita qliel kulħadd kien inġabar għall-kenn ta’ daru u jien kont waħda mill-ftit iterrqu t-toroq jiżolqu tal-belt, jirbumbjaw bl-eku ta’ passi għajjiena.”https://aphroconfuso.mt/miriam-galea-lejl...
2023-09-09
23 min
Aphroconfuso
Noti Editorjali: Warren Bartolo
Niltaqgħu ma’ Warren Bartolo, it-traduttur tal-Frammenti ta’ Saffo (EDE Books, 2023) għal taħdita dwar l-imħabba tiegħu għal Saffo u l-lirika tagħha, u dwar il-proċess tat-traduzzjoni mill-Grieg Antik għall-Malti u t-taqbida mal-lingwi l-oħrajn li jinfilsaw bejniethom.F'din il-poddata nsemmu wkoll traduzzjoni oħra ta’ Warren, Kif Tisraq il-Kotba ta’ David Horovitz (Sendb00ks Edition Taube, 2020), kif ukoll Idylle Saphique ta’ Liane de Pougy. Loranne Vella tiddiskuti l-esej tagħha fuq Aphroconfuso, “Il-Lanza, il-Labra, il-Qoffa, l-Azzarin”, li tieħu bħala spunt it-traduzzjoni ta’ Warren. Hosted on Acast. See acast.com/privacy f
2023-08-31
1h 32
Aphroconfuso
Il-Lanza, il-Labra, il-Qoffa, l-Azzarin - Loranne Vella
« Ġieli jagħti l-każ li, jien u naħseb fuq ktieb li qed naqra, nibda nara f’kotba jew xogħlijiet oħrajn l-istess ħsieb, jew mod ta’ ħsieb mhux wisq ’il bogħod minnu, tant li nibda nissuspetta li fil-fatt qed jgħidu l-istess ħaġa, li l-kwistjoni qed jarawha mill-istess perspettiva. U allura, x’kumbinazzjoni li qed naqra żewġ jew tliet kotba miktubin fi żminijiet għalkollox differenti li qed jipproponu l-istess ħsieb! L-istess jiġrili jien u nikteb. Nibda nhewden fuq idea li mbagħad nibda naraha f’kull kitba oħra li naqra. Għadni kif qrajt it-traduzzjoni mill-Grieg Antik għall-Ma...
2023-08-24
1h 11
Aphroconfuso
Qarn (silta) - Romeo Roxman Gatt
« Erġajt lura Malta. U ilni ġa sena hawn. Bla ħsieb kienet din, ġita tas-sajf bħal kull sena oħra iżda din id-darba fost affarijiet oħra, kienet aħbar kerha li żammitni hawn. Ejja ngħidu li kien u għadu jagħmel sens li jien, Romeo, ninsab hawn. Sirna nafu li missieri kellu kanċer fl-istonku, ikrah ferm, tal-biża’ waħx. Imnalla kellu l-għasafar biex jedha u lil ommi, li hi l-pilastru tal-familja u mingħajrha ma nagħmlu xejn. Imnalla kellna ftit minn dawn l-għasafar id-dar magħna għax lil ommi ħabbewha wisq, u hi lilhom. Ommi...
2023-08-10
53 min
Aphroconfuso
Medusa - Rowena Grech
« Żgur li ismi familjari. Żgur li smajt bosta stejjer fuqi. Iżda żgur qatt ma smajt dak li ġara bejni u bejn Persew. Nitolbok, iskot ftit u isma’ l-istorja tiegħi qabel nissarraf f’elf framment ta’ miti oħra…Mela darba, ħmistax-il sena ilu, meta kont għadni tifla, kont ngħix mal-ġenituri tiegħi, Foriku u Keto, fuq gżira serena mdawra b’baħar blu jwerżaq. Id-dar kienet ċkejkna, bi tlett ikmamar kollox; il-kċina, il-kamra tal-bżonnijet tagħna u l-kamra fejn konna norqdu jien u ħuti l-oħra. Għalkemm bejni u bejn ħuti l-kbar ftit snin biss kienu...
2023-07-19
16 min
Aphroconfuso
Ġilda - Kurt Borg
« Hemm karru bil-ġwienaħ misjuq minn kuċċier miġbud minn żewġt iżwiemel. Żiemel minnhom abjad, b’għonqu wieqaf dritt, grazzjuż. L-ieħor iswed, magħmul ikrah u goff. Bil-frosta f’idu, il-kuċċier qed jittajjar lejn is-sħab u lil hinn minnu. Iż-żwiemel, speċjalment l-iswed, kultant jissaraw mal-kuċċier, jisfidawh, jisfrattaw, għoddhom jaqilbu l-karru. Il-kuċċier iqum bilwieqfa jwiddeb liż-żwiemel. B’idejh it-tnejn jiġbed b’kemm jiflaħ fuq ir-riedni marbutin mal-ilġiem ta’ ġo ħalqhom. Iż-żwiemel jogħtru taħt is-saħħa tal-kuċċier u, bla ma jridu, jobduh. Imma t-taqbida bejniethom tkompli. Żiemel minnhom jiġbed ’l...
2023-07-09
52 min
Aphroconfuso
Ħsieb il-Ħamiema - Noah Fabri
« Nathalie u Maimouna kienu ltaqgħu Ouagadougou meta kienu għadhom tfajliet. Missier Nathalie kien jaħdem mal-gvern, u hi trabbiet f’maisonette mdaqqas, l-armarju mimli porċellana, missierha jġib il-ħelu wara x-xogħol u ħutha jagħmlu x-xogħol tal-iskola waqt li hi taparsi tgħin lil ommha fil-kċina kulur l-għeneb. L-imħabba ta’ bejnha u bejn ommha kienet toħroġ iktar fit-tisjir milli fil-kliem. Meta kienet żgħira, Nathalie xtaqet issir attriċi; kien jaffaxxinaha ċ-ċinema. Bdiet tistudja l-letteratura Franċiża l-università, bl-għan li tibda taħdem u tinvolvi ruħha fl-industrija tal-films u l-avvenimenti kollha li ki...
2023-06-25
45 min
Aphroconfuso
Ġismi Battikata - Charlene Galea
« Nixtieq niżfnilkom żifna minn ġo qalbi, bla mużika, u żifna b’diska favurita, u araw kif dan ġismi jirrelata differenti, kif jiċċaqlaq differenti. Agħlqu għajnejkom. Missu parti ta’ ġisimkom, tkun liema tkun. Ħossu l-ġilda. Ħossu t-temperatura ta’ dal-ġisem. Ċaqalqu bil-mod dil-parti. Ċaqalqu aktar bl-għaġla dil-parti. Agħtuha ċans terġa’ tissetilja. Ħudu nifs ’il ġewwa u żommuh. Ftakru f’xi memorja ta’ dil-parti tal-ġisem. Araw stampa ikbar ta’ fejn kontu ma’ din il-parti. Ma’ min kontu — waħidkom jew ma’ nies oħra? Kemm kellkom żmien? X’affarijiet oħra tiftakru — ħwejjeġ, diska, ikel, leħen? X’burdata impulsiva ttikom din ...
2023-06-20
32 min
Aphroconfuso
(kemm inżommu post)
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
2023-04-28
00 min