Look for any podcast host, guest or anyone
Showing episodes and shows of

Karl Schembri

Shows

Jon Mallia PodcastJon Mallia PodcastIl-KAŻIN - L-EwtanasjaF'Malta għandha tiddahhal l-ewtanazja volontarja assistita?Il-KAŻIN jixxandar kull nhar ta' Gimgha fid-20:40 fuq Tokis (ch. 100). F'dan l-episodju niddibattu dwar l-Ewtanazja.*******************************************************************F'Malta għandha tiddahhal l-ewtanazja volontarja assistita?Hajr lil Deborah Schembri, Jean Karl Soler , James Buhagiar u Sr. Veronica Gerada tal-partecipazzjoni taghhom.Holqa biex issemma lehnek.*******************************************************************Hajr lilGO - https://www.go.com.mt/APS Bank - https://www.apsbank.com.mt/Alberta Group - https://www.alberta.com.mt/Bro...2025-06-131h 39Antenni SuspettużiAntenni Suspettużi26 Wayne FlaskF'dan l-aħħar episodju tat-tieni staġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Wayne Flask, l-awtur ta' Kapitali u attivista li jkellimna fuq ir-rumanz il-ġdid li qed jikteb u l-attiviżmu tiegħu taħt il-front ġdid Il-Kollettiv.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---In this last episode in the second season of Antenni Suspettużi we meet Wayne Flask, the author of Kapitali and activist who speaks to us about the n...2024-05-2853 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi25 Priscilla CassarPriscilla Cassar hija poeta attiva ħafna fil-qasam attivista letterarju li ħafna minn xogħolha ġie ppubblikat f'ġabriet u rivisti però għadha ma tatniex il-ġabra tagħha ta' xogħolha. Hi attiva mal-organizazzjoni letterarja Inizjamed u taħdem fil-qasam tal-anzjani. F'dan l-episodju tkellimna, fost l-oħrajn, fuq kif iżżewweġ l-imħabba tagħha għall-kitba mal-karriera professjonali tagħha mal-anzjani.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---Priscilla Cassar is a poet who is a...2024-05-211h 00Antenni SuspettużiAntenni Suspettużi24 Teodor ReljićTeodor Reljić huwa awtur imwieled is-Serbja li mexa għal Malta mal-ġenituri tiegħu fid-disgħinijiet u li debutta bħala awtur għaxar snin ilu b'rumanz bl-Ingliż, ibbażat Malta. Mexa għal ġeneri u forom oħra ta' espressjoni fosthom il-komiks u l-films. Huwa wkoll kien ġurnalist kittieb ta' rivisti krtiċi tal-kotba u tal-arti.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---Teodor Reljić is an author born in Serbia who came to...2024-05-1448 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi23 Sam AlekksandraSam Alekksandra hija poeta, artista u ġurnalista żagħżugħa li għall-ewwel darba bdiet tesperimenta bil-kitba bil-Malti.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---Sam Alekksandra is young poet, artist and journalist who has started experimenting with writing in Maltese for the first time.Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors.Host: Karl SchembriResearcher: Clare AzzopardiTwitter: @MaltaPEN2024-05-0758 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi22 Jesmond SharplesJesmond Sharples huwa poeta, kompożitur u infermier. Kif jingħaqdu dawn id-dinjiet f'persuna waħda?Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---Jesmond Sharples is a poet, composer and nurse. How do these three worlds collide into one?Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors.Host: Karl SchembriResearcher: Clare AzzopardiTwitter: @MaltaPENFacebook: PENMaltaInstagra...2024-04-3055 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi21 Glen CallejaF'dan l-episodju niltaqgħu ma' Glen Calleja, poeta, awtur, legatur u pubblikatur, li jkellimna dwar is-sengħa tal-kitba u tal-manifattura tal-kotba, ix-xogħol tal-HELA fil-promozzjoni tal-eċċellenza fil-letteratura, u x-xogħol poetiku tiegħu mal-pazjenti tal-kanċer, fost l-oħrajn.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---In this episode we meet Glen Calleja, a poet, author, book binder and publisher. He speaks about the craft of writing and of manufacturing books, about HE...2024-04-2357 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi20 Lillian SciberrasF'dan l-episodju niltaqgħu ma' Lillian Sciberras, waħda mill-ewwel librara professjonisti f'Malta, waħda mill-ewwel femministi, u waħda mill-ftit nisa fil-Moviment Qawmien Letterarju b'diversi kotba u poeżiji ppubblikati Malta u barra. Tgħidilna wkoll dwar kif in-namra tagħha għal-librerija u għal Borges mal-faxxinu għall-figura ta' Juan Bautista Azopardo wasslu għar-rumanzett tagħha, Shadows in Penumbra.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---In this episode we me...2024-04-1646 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi19 Luke SaydonF'dan l-episodju ma' Luke Saydon, nitrattaw l-intolleranza, Malta fil-konfront tad-drittijiet LGBTQ, u l-kor uniku magħruf bħala l-Kor Kwir, mal-awtur żagħżugħ u kompożitur mużikali li jingħaqad magħna minn Londra.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---In this episode with Luke Saydon we discuss intolerance, Malta's attitude to LGBTQ rights, and the unique choir known as Kor Kwir, with the young author and music composer who joins us fro...2024-04-0958 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi18 John P. PortelliJohn P. Portelli huwa awtur ta' rumanzi u novelli, poeta, u espert tal-edukazzjoni li ħalla Malta għall-Kanada iktar minn 40 sena ilu. F'din il-poddata jitkellem fuq l-esperjenza tiegħu tan-neo-kolonjaliżmu fl-akkademja, l-esperjenza ta' immigrant, għaliex jikteb bil-Malti u dwar x'qed jiġri fil-Palestina. U dwar xahar jaħdem ma' Noam Chomsky fis-sebgħinijiet.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---John P. Portelli is an author of novels, short stories and po...2024-04-0255 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi17 David AloisioIl-Malti qiegħed f'periklu li jintilef? U liema awturi għandna ninkludu fil-kurrikulu tal-Malti? L-awtur u lettur tal-Malti David Aloisio jitkellem dwar dan u dwar il-kotba tiegħu li jittrattaw mill-fake news sa rumanzi u kotba għall-istudenti tal-Malti.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---Is Maltese in danger of extinction? Which authors should be included in the Maltese curriculum? Author and lecturer of Maltese David Aloisio tackles these questions and speaks...2024-03-2655 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi16 John AquilinaIl-poeta John Aquilina jingħaqad magħna mill-Ingilterra minn fejn ikellimna fuq il-poeżija minimalista tiegħu li rebbħitu t-titlu ta' Poeta Lawreat.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---Poet John Aquilina joins us from England from where he talks about his minimalist poetry that won him the title of Poet Laureate.Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors.Host: Karl Schembri...2024-03-1949 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi15 Francesco GrechF'dan l-episodju niltaqgħu ma' Francesco Grech, l-awtur minn Għawdex li sentejn ilu ddebutta bil-ktieb tal-poeżiji "Kollox jeħel magħna". Ma' Grech nitrattaw l-għeluq Malti, l-attitudnijiet lejn is-sesswalità u l-identità, fost l-oħrajn.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---In this episode we meet Francesco Grech, a Gozitan author who made his literary debut two years ago with the poetry collection "Kollox jeħel magħna". We discuss Maltes...2024-03-1251 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi14 Davinia HamiltonF'dan l-ewwel episodju tat-tieni staġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Davinia Hamilton. Awtriċi, attriċi, drammaturga u attivista li għamlet isem fir-Renju Unit, fejn tgħix, speċjalment fil-qasam tad-drama. Imma fil-qofol tax-xogħol l-iżjed magħruf tagħha hemm Malta. Malta il-gżira turistika, Malta kattolika, Malta li tikkontrolla l-ġisem tal-mara.Minn Londra Hamilton titkellem dwar id-dramm tagħha Blanket Ban, li ntlaqa' tajjeb ħafna hemmhekk u l-Iskozja. Dramm li jikxef it-trawma tan-nisa Maltin li jeħtieġu l-abort.Hamilton titkellem ukoll dwar l-esperjenza tagħha bħala immigranta, li t...2024-03-0551 minAntenni SuspettużiAntenni SuspettużiEdizzjoni Speċjali: Introduzzjoni għat-Tieni StaġunAntenni Suspettużi jirritorna bi staġun ġdid ta' poddati mal-awturi ta' żmienna. F'dan l-episodju speċjali Karl Schembri u Clare Azzopardi jħarsu lura lejn l-intervisti tal-ewwel staġun u l-poddati li ġejjin.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.---Antennti Suspettużi returns with a new season of podcasts with contemporary authors. In this special episode Karl Schembri and Clare Azzopardi look back at the interviews from the first season and the forthcoming podcasts.Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly...2024-02-2721 minAntenni SuspettużiAntenni SuspettużiTrailer Staġun 2Antenni Suspettużi, il-podcast ta' PEN Malta, se jirritorna b'iżjed intervisti mal-awturi ta' żmienna. Ingħaqdu ma' Karl Schembri fi staġun ġdid m'iżjed awturi li jeħtieġ jinstemgħu.Magħkom kull ġimgħa minn nhar it-Tlieta 27 ta' Frar.---Antenni Suspettużi, PEN Malta's podcast, returns with more interviews with contemporary authors. Join Karl Schembri in a new season with more authors who deserve to be heard.Out every week from Tuesday 27 February.Twitter: @MaltaPENFacebook: PENMaltaInstagram: @pen_maltaWesbite: htt...2024-02-1900 minAntenni SuspettużiAntenni SuspettużiEdizzjoni Speċjali: GazaF'din l-edizzjoni speċjali mal-awtur Malti-Palestinjan Walid Nabhan nitrattaw il-ġenoċidju tal-Palestinjani f'Gaża li għaddej bħalissa, fejn madwar 20,000 ruħ li sebgħin fil-mija minnhom huma nisa u tfal, inqatlu diġà mill-Iżrael, kif ukoll għexieren ta' ġurnalisti, poeti, awturi u intelletwali.X'sens tista' tagħmel il-letteratura minn dan kollu, anki meta awturi Palestinjani madwar id-dinja qed jiġu kkanċellati? Kif qed iġġib ruħha l-bqija tad-dinja fid-dawl tal-kliem li s-soltu jsir dwar drittijiet universali, il-ħakma tad-dritt u l-liġi internazzjonali? U kif qatt nistgħu nimxu 'l quddiem minn dan it-teatru ta' demm...2023-12-2141 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi13 Loranne VellaFit-13 u l-aħħar episodju għal dan l-istaġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Loranne Vella, l-awtriċi li mxiet b'versatilità impressjonanti minn ġeneru ta' kitba għal ieħor, u li issa tinsab finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bl-aħħar rumanz tagħha, "Marta Marta."Vella tkellimna dwar il-ġurnal letterarju u l-podcast bl-istess isem ta' Aphroconfuso, li issa dieħel fit-tieni sena tiegħu u li qed jiġġenera kitba letterarja ġdida u friska, inkluża kwir.Mid-distanza ta' awtriċi li telqet minn Malta 18-il sena ilu, Vella titkellem ukoll dwar l-importanza...2023-11-2149 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi12 Claudia GauciF'dan l-episodju niltaqgħu ma' Claudia Gauci, il-poeta awtriċi ta' "Sekonda Qabel Tqum", u li issa tinsab finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bit-tieni ġabra tagħha, "Max-Xatt tat-Tamarisk".Claudia tkellimna dwar il-mixja tagħha fl-għaxar snin bejn iż-żewġ kotba tagħha, fejn minn kitba introspettiva mxiet għal kummentarju soċjali u politiku dwarna.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriRiċerka: Clare Azzopardi---In this episode we meet Claudia Gauci...2023-11-1445 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi11 Matthew SchembriPoddata ġdida ma' Matthew Schembri, l-awtur ta' "Stessi" u "Ħassartek", li jkellimna dwar il-proċess li wasslu biex iħassar ir-rumanz tiegħu stess u jiddistillah f'poeżija, fi żmien meta l-Fibromyalgia żammitu lura milli jikteb, u kif jasserixxi l-identità Queer permezz tal-letteratura. Ta' ispirazzjoni kbira kif Schembri jdawwar tbatija fiżika u mentali f'att ta' kreazzjoni.Fil-poddata nsellmu wkoll lill-ħbieb tagħna ta' Aphroconfuso, li Matthew qed jikkollabora magħhom fuq proġett ġdid, u li minbarra rivista letterarja għandhom podcast interessanti ferm bl-istess isem.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi...2023-11-0748 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi10 Elena CardonaF'dan l-episodju niltaqgħu ma' Elena Cardona, il-poeta li bl-ewwel ktieb tagħha "Meta Tlaqt lil Adam" diġà qed tagħmel ħoss u hija finalista għall-premju nazzjonali tal-ktieb ta' din is-sena.Cardona tkellimna dwar l-esperjenza tagħha bħala mara Għawdxija u xi tfisser li "tinqata' minn Adam" f'soċjetà li għadha timponi l-ideat patrijarkali dwar in-nisa. Tkellimna dwar l-emarġinati fil-poeżija tagħha, u x-xogħlijiet ġodda li qed taħdem fuqhom fil-kitba tan-novelli.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl...2023-10-3148 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi9 Edizzjoni Speċjali: Il-letteratura Maltija li qed tivvjaġġaF'din l-edizzjoni speċjali ta' Antenni Suspettużi se niltaqgħu mal-mistiedna tagħna f'Żagreb, il-Kroazja, li qed jattendu għall-Festival tal-Letteraturi Żgħar li din is-sena huwa ddedikat lil-letteratura Maltija. Adrian Grima, Leanne Ellul u Nadia Mifsud jiddiskutu x'inhu li jagħmel il-letteratura kontemporanja Maltija, ix-xogħlijiet li qed jiġu tradotti u esportati barra minn xtutna, u l-impatt li dan qed ikollu qabelxejn fuq l-awturi Maltin infushom.Aqra iżjed dwar il-festival: https://adriangrima.org/2023/10/08/a-partial-introduction-to-contemporary-maltese-poetry/Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta...2023-10-2441 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi8 Jean Paul BorgL-awtur Jean Paul Borg jeħodna fil-qalba tal-Palestina bit-traduzzjoni tiegħu ta' "Sharon u l-Kunjata," ta' Suad Amiry, ibbażat f'Ramallah assedjata fl-aħħar Intifada. F'din il-poddata rrekordjata waqt li qed iseħħ ġenoċidju f'Gaża, nidħlu fil-fond u fl-għeruq tal-kunflitt.Borg jitkellem ukoll dwar l-aħħar ktejjeb tiegħu, "Salib", ippubblikat is-Sibt li għadda, 14 ta' Ottubru: novella li titlaq mill-viżwal tat-tqaċċit tas-siġar li jġorru mijiet ta' snin, immarkati b'salib biex jitqaċċtu ħalli titwessa' triq, għall-istorja tabù li xi ftit jew wisq għadha assenti mil-letteratura Maltija dwar l-abort.Fuq kollox...2023-10-1745 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi7 Elizabeth GrechIl-poeta Elizabeth Grech tingħaqad magħna minn Franza bħala l-mistiedna tas-seba' episodju ta' Antenni Suspettużi.Elizabeth tkellimna dwar il-ktieb tagħha "Bejn baħar u baħar", u dwar it-triq li wasslitha għal din il-ġabra ta' poeżiji, fejn tikteb qabelxejn bħala mara. Tkellimna wkoll dwar kif tħares lejn Malta mill-bogħod, l-attiviżmu tagħha ma' artisti u awturi minn madwar il-Mediterran u issa permezz tat-teatru ta' Mana Chuma, grupp attiv fir-Reggio Calabria.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.J...2023-10-1043 minAntenni SuspettużiAntenni SuspettużiEdizzjoni Speċjali: DaphneEdizzjoni speċjali ta' Antenni Suspettużi ddedikata lill-memorja ta' Daphne Caruana Galizia li nqatlet sitt snin ilu, fis-16 t'Ottubru 2017.F'din il-poddata, Clare Azzopardi, awtriċi u attivista ma' PEN Malta, tkellimna dwar ktieb speċjali, mafkar poetiku lil Daphne, li se jitnieda nhar it-Tnejn 9 ta' Ottubru.Huwa ktieb b'poeżiji minn Malta u minn madwar id-dinja miktuba speċifikament sabiex ma ninsewx.Ma ninsewx li sitt snin mill-qtil tagħha għadha ma seħħitx ġustizzja ma' Daphne u mal-familja tagħha.Ma ninsewx li sitt snin minn meta tpoġġiet il-bomba f...2023-10-0508 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi6 Miriam Calleja ShawFis-sitt episodju ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Miriam Calleja Shaw, poetessa, awtriċi, traduttriċi u l-Viċi President ta' PEN Malta. Miriam, li studjat u ħadmet bħala spiżjara, titkellem dwar kif għall-bidu kienet tħossha fil-marġini tal-komunità letterarja Maltija, speċjalment minħabba li tikteb l-iktar bl-Ingliż. Illum tgħix Alabama, fl-Istati Uniti, fejn hi attiva fi ċrieki letterarji, tagħti workshops fil-kitba kreattiva u qed timraħ f'ġeneri ġodda ta' kitba fosthom il-mikrostorja. Miriam titkellem ukoll dwar il-bżonn tas-solidarjetà bejn l-awturi u l-ġurnalisti, u x-xogħol ta' PEN kontra l-perseku...2023-10-0350 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi5 Keith BorgKeith Borg, l-awtur ta' "Il-Parabboli tal-Imġienen", huwa l-mistieden fil-ħames episodju ta' Antenni Suspettużi. Keith jitkellem dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u dwar kif jittrattah fl-istorja tiegħu "Repubblika", fejn karattri differenti jirreaġixxu b'modi għalkollox differenti anki quddiem "att faħxi" bħal dan.Keith jitkellem ukoll dwar il-poema "Magħġuna fit-Tbenġil", li tittratta l-falliment tas-soċjetà  quddiem il-femmiċidju u l-vjolenza domestika.F'din il-poddata Keith isellem ukoll lil Mario Azzopardi, jiddiskuti t-tabù fil-letteratura Maltija u kif jirnexxilu jikteb dwar is-sess bla ma jaqa' fil-pornografija jew l-medjokrità.Antenni Suspettuż...2023-09-2640 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi4 Rita SalibaFir-raba' episodju ta' Antenni Suspettużi, l-awtriċi Rita Saliba titkellem dwar il-ġeneri u forom differenti li tikteb fihom, inkluż il-mikro-storja li tagħha hi pijuniera f'Malta bil-pubblikazzjoni ta' stejjer qosra ħafna, li jappellaw għall-ħajja mgħaġġla tal-lum. "Qisu ħadd m'għandu paċenzja, imma dik l-istorja kulħadd iridha," tgħid Rita. "Nibża' li l-istejjer qed jaħarbulna minn idejna." Titkellem ukoll dwar in-nuqqas ta' kritika letterarja u r-riċensjonijiet "tal-ħbieb" li jżommu lura minn diskussjoni pubblika tal-kwalità tal-kotba ġodda li joħorġu. U dwar "il-gosti differenti" tal-pubblikaturi li jġegħluha tmur minn wie...2023-09-1942 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi3 Aleks Farrugia"Kultant nistħajjilni qisni boxer li daħal fl-arena ma' boxer ieħor," huwa kif Aleks Farrugia jiddeskrivi t-taqbidiet tiegħu fil-kitba, fil-konfront ta' ideat u sentimenti popolari dwar min aħna. Fit-tielet episodju ta' Antenni Suspettużi, Aleks jitkellem dwar in-nuqqas ta' dibattitu dwar fejn jinsab ix-xellug f'Malta, u dwar il-kotba tiegħu Għall-Glorja tal-Patrija, Ir-Re Borg u Camerata. Jgħidilna wkoll għaliex jibqa' jippubblika mad-dar tal-pubblikazzjoni tal-Partit Laburista, is-Sensiela Kotba Soċjalisti.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.Jippreżenta: Karl SchembriR...2023-09-1251 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi2 Ryan Falzon"Eżistenzjaliżmu Mediterranju taħt xemx tikwi," huwa kif Ryan Falzon jiddeskrivi r-rumanz debuttanti tiegħu, Sajf, f'dan it-tieni episodju ta' Antenni Suspettużi. Ippubblikat inqas minn sena ilu ma' Kotba Calleja,  Sajf diġà jinsab mal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal din is-sena. F'din l-intervista ma' Karl Schembri, Ryan jitkellem dwar ir-realtajiet tal-Ġenerazzjoni Ż u l-Millennjali f'Malta tal-kontradizzjonijiet u realtajiet paralleli. Jgħidilna wkoll xi jdejqu f'ħafna mill-awturi Maltin, xi jħobb f'Irvine Welsh u J.G. Ballard, Immanuel Mifsud u Ġużè Stagno.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmiennai. Joħroġ nhar ta' Tlieta...2023-09-0541 minAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi1 Lara CallejaFl-ewwel poddata ta' Antenni Suspettużi, Lara Calleja titkellem dwar Il-kotba tagħha Lucy Min? u Kissirtu Kullimkien, ir-relevanza tal-Premju Letterarju Ewropew li rebħet sentejn ilu, l-awturi li mbuttawha tikteb, u r-responabbiltà politika tal-awturi.Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna, ippreżentat minn Karl Schembri. Joħroġ nhar ta' Tlieta.----In our first episode of Antenni Suspettużi, Lara Calleja speaks of her books Lucy Min? and Kissirtu Kullimkien, the relevance of the European Union Prize for Literature that she won two years ago, the authors who pushed...2023-08-2950 minAntenni SuspettużiAntenni SuspettużiAntenni Suspettużi TrailerIl-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Karl Schembri jintervista awturi dwar il-kotba tagħhom, il-proġetti li jmiss, u l-ħsibijiet tagħhom dwar dak li qed jiġri.  PEN Malta's podcast with contemporary authors hosted by Karl Schembri in which he interviews them about their books, their new projects and their take on what's happening in the world.2023-08-2400 minLa maktaba di Don PabloLa maktaba di Don PabloMDP 2 - Dictionnaire amoureux des îlesPlanet or satellite, refuge or prison, condemnation or promise of a fresh start. What is an island, but a mini-continent? Are islands as finite and self-contained as we may wish to believe? "L'île, c'est d'abord le voyage vers l'île." Hervé Hamon invites us to journey from island to island alphabetically, or haphazardly, following the whim of countless winds with ancient, musical names. In this podcast we begin from Isla de Chiloé, Patagonia, soon returning to the Mediterranean. Crete, Ikaría. Ithaca isn't in the book, for some reason. Malta is, for the wrong reasons. We'll also hear a littl...2021-03-2648 minKwartaKtiebKwartaKtiebIl-Manifest tal-Killer by Karl SchembriLoranne Vella reads from Il-Manifest tal-Killer by Karl Schembri. Author Loranne Vella reads an excerpt from Karl Schembri’s novel Il-Manifest tal-Killer, first published in 2006. Il-Manifest tal-Killer had a difficult time being born. Initially, publishing houses turned it down, considering it as too vulgar.Described by poet Mario Azzopardi as the very first example of anarchic literature in Malta, the novel deals a lot with the issue of censorship and the sacred right of the citizen to sound his voice. The novel was also censored by University of Malta's radio station Campus FM, after the ma...2020-06-2513 minBaobabBaobabBAOBAB del 16/06/2014 - 14.30 - 15.00EMERGENZA IRAQ. Karl Schembri, Responsabile stampe per il medio oriente di "Save the Childre" - ULTIME DAGLI U.S.A.. Giovanna Botteri, corrispondente Rai da New York - EKHTELAF: UNA RAP BAND DI RIFUGIATI AFGHANI ARRIVATI A PIEDI IN ITALIA. Alessandro Petrussa, collaboratore del Consorzio Italiano di Solidarietà - BRANI TRASMESI: "E'Tardi" - CAPAREZZA - "All of me" - JOHN LEGEND.2014-06-1600 minPRI\'s The World Nov 19, 2012PRI's The World Nov 19, 2012Gaza Crisis: Deaths Soar Amid Fresh Israeli StrikesHost Marco Werman talks with BBC reporter Paul Danahar and Karl Schembri, a spokesman for Oxfam in Gaza who visited Shifa Hospital in Gaza City on Monday.2012-11-1906 min