Look for any podcast host, guest or anyone
Showing episodes and shows of

Markapagna

Shows

MarkapaġnaMarkapaġnaSE2 E09 Maria BrownRachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Maria Brown, dwar ‘Democracy Without Confession’ ta’ John Baldacchino u Kenneth Wain. Id-diskussjoni ddur madwar is-serje ta’ konverżazzjonijiet filosofiċi taż-żewġ ħassieba b’għeruq Maltin, l-immaġinarju politiku diskuss fil-ktieb, is-saffi differenti tal-poter, u l-irwol tal-intellettwali pubbliku fis-soċjetà Maltija. Maria Brown kisbet Ph.D. fis-Soċjoloġija tal-Edukazzjoni għall-Adulti, l-Edukazzjoni Informali, u l-Iżvilupp tal-Komunità. Għandha wkoll Maġisteru fis-Soċjoloġija u Baċellerat fis-Soċjoloġija u t-Taljan. Brown tagħti lectures dwar l-edukazzjoni għall-adulti u l-edukazzjoni bbażata fil-komunità fi ħdan id-Dipartiment tal-Arti, il-Komunit...2023-03-2838 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE2 E08 Erica GiustaErica Giusta Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Erica Giusta, ‘Decolonising the Maltese Mind: In Search of Identity’ ta’ Charles Xuereb, dwar il-perspettiva interessanti ta’ Xuereb fuq il-kolonjaliżmu, kif il-kolonjaliżmu affettwa l-politika, il-ħajja ta’ kuljum, u l-komunità.   Erica hija perit, kittieba, u Direttur tal-Innovazzjoni mal-kumpanija tal-arkitettura AP Valletta. Hija kisbet MSc fl-Arkitettura u s-Sostenibbiltà mill-Politecncio di Torino u maġisteru fil-Midja u l-Komunikazzjoni minn IL Sole24Ore ta’ Milan. Fl-2015, ingħaqdet ma’ AP Valletta, u bħalissa qed tmexxi portafoll ta’ proġetti li jinkludi r-riċerka u l-iżvilupp. Erica tikkontribwixi regolarment per...2023-03-2133 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE2 E07 Loranne VellaRachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Loranne Vella r-rumanz ‘Dal-Lejl Ġie Alla’ (Buġelli, 1984), it-tliet ġenerazzjonijiet imsemmija, il-Malti użat li jmur lura fiż-żmien li ta lil Vella l-għodda biex tindirizza kwistjonijiet li jinteressawha, u r-relazzjoni tal-bniedem mal-annimal. Loranne Vella, Maltija li tgħix Brussell hija kittieba, traduttriċi u performer. Bejn l-2007 u l-2009 kitbet it-tliet kotba tat-‘Triloġija tal-Fiddien’ ma’ Simon Bartolo. Kull volum rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. ‘Rokit’ kien l-ewwel rumanz ta’ Vella għall-adulti, ippubblikat minn Merlin Publishers, f’Marzu 2017 li ntlaqa’ tajjeb ħafna kemm mill-kritiċi u anke mill-pubbliku, u rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb...2023-03-1437 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE2 E06 Stella Borg BarthetRachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Stella Borg Barthet ir-rumanz ‘Requiem for a Malta Fascist (or The Interrogation)’ (Aquilina, 1980), l-element postkolonjali f’dan ir-rumanz, l-interrogazzjoni li jagħmel Ebejer tal-identità Maltija, u dwar l-importanza tal-passat speċjalment għal min hu kkolonizzat. Stella Borg Barthet hija professur fid-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, fejn tagħti korsijiet fuq il-letteratura postkolonjali, u fuq il-fizzjoni Ingliża u Amerikana tas-sekli tmintax u dsatax. Fl-2005 tellgħet il-konferenza European Association for Commonwealth Literature and Language Studies (EACLALS), u fis-sena ta’ wara ġiet maħtura bħala aġġudikatriċi tal-Premju tal-Kittieba tal-Commonwealth. Prof Borg Barthet ippubblikat di...2023-03-0734 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE2 E05 Kurt BorgRachel Baldacchino tidħol fi djalogu ma’ Kurt Borg dwar il-ġabra ta’ novelli ‘Mhux Nies’ ta’ Jean Paul Borg, jiddiskutu l-karattri varji u distinti f’din il-ġabra, it-taqbida kontinwa f’din il-ġabra bejn dak li jagħmel lill-umani nies jew le, u r-relevanza tal-ġabra bħalissa, sitt snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Kurt Borg huwa lettur fl-Università ta’ Malta. Huwa ggradwa b’dottorat fil-Filosofija u l-Istudji Umanistiċi mill-Università ta’ Staffordshire, b’riċerka dwar l-etika u l-politika tan-narrazzjoni tat-trawma f’kuntesti istituzzjonali. Fost oqsma oħra, jispeċjalizza fit-teorija poststrutturalista, partikolament fix-xogħol ta’ Michel Foucault u Judith Butler...2023-02-2838 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE2 E04 Maria TheumaRachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Maria Theuma dwar il-ġabra ta’ poeżija rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’ (Ede Books, 2021) ta’ Nadia Mifsud. Id-diskussjoni timraħ fuq ir-rettorika tas-skiet, it-tipi differenti tas-skiet u l-element konfessjonali f’din il-ġabra. Maria Theuma hija riċerkatriċi, kittieba u traduttriċi. Studjat fl-Università ta’ Malta u f’Goldsmiths, University of London u għandha dottorat fl-Ingliż. L-interessi tar-riċerka tagħha jinkludu l-postumaniżmu, it-teorija letterarja, il-letteratura komparattiva u l-kulturi viżivi. Dan l-aħħar, il-kitba akkademika tagħha ġiet ppubblikata fil-‘Journal of Posthumanism’ (Transnational Press London, Londra) u f’’CounterText’ (Edinburgh University...2023-02-2135 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE2 E03 Tyrone GrimaRachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Tyrone Grima, il-ġabra ta’ novelli ta’ Ramona Depares, ‘The Patient in Hospital Zero’ (Merlin Publishers, 2021), dwar it-tensjoni u l-biża’ li toħloq din il-ġabra, l-aspett soċjopolitiku tagħha, u l-elementi komuni bejn din il-ġabra u ‘Frammenti’, ir-rumanz rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Tyrone Grima huwa lettur fl-Arti Performattiva fl-MCAST, kif ukoll direttur u kittieb tat-teatru. Interessat ħafna fil-letteratura u teatru queer, kif ukoll fl-ispiritwalità. L-ewwel xogħol tiegħu fil-qasam letterarju kien ir-rumanzett ‘Celibacy’. Grima kiteb ukoll żewġ ġabriet ta’ novelli flimkien ma’ Justin Schembri: ‘Frekwenzi Ħiemda’ u ‘Frekwenzi Msikkta’, kif ukoll ir-rumanz queer ‘Bep’. L-a...2023-02-1434 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE2 E02 GattaldoRachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Gattaldo dwar il-ġabra ta’ novelli ta’ Pierre J. Mejlak, ‘Qed Nistenniek Nieżla max-Xita’ (Merlin Publishers, 2009). Baldacchino u Gattaldo jiddiskutu l-imħabba, id-diżillużjoni, id-destin u l-logħba bil-memorja li Mejlak juża f’din il-ġabra, u jagħlqu l-programm b’diskussjoni fuq il-ktieb ta’ illustrazzjonijiet ‘Il-Ġurnalista’. Gattaldo studja l-Belle Arti fl-Accademia di Belle Arti f’Firenze. Ħadem bħala Direttur tal-Arti fir-reklamar u l-fotografija madwar l-Ewropa u bħalissa jgħix Londra. Gattaldo huwa wkoll awtur u illustratur tal-kotba għat-tfal, u ġie ppubblikat fir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Il-verżjoni bil-Malti tal-ktieb...2023-02-0734 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE2 E01 Clare VassalloRachel Baldacchino, fl-ewwel poddata tagħha, titkellem ma’ Clare Vassallo fuq ‘Vespers’ (Merlin Publishers, 2021), il-verżjoni tradotta bl-Ingliż ta’ ‘Vespri’ ta’ Trevor Żahra, il-vjaġġ li t-test ħa waqt it-traduzzjoni, l-influwenza tat-traduttur fuq ix-xogħol oriġinali u l-kollaborazzjoni li seħħet waqt dan il-vjaġġ. Clare Vassallo hija professur tal-Istudji Semjotiċi u t-Traduzzjoni fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta. Tagħti korsijiet f’livell postgradwatorju fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Istorja tat-Traduzzjoni u t-Teorija Kontemporanja; il-Prammatika, is-Semantika u s-Semjotika, kif ukoll it-Traduzzjoni Letterarja fost oħrajn. Ittraduċiet mill-Malti għall-Ingliż lil Pierre J. Mejlak, Joe Friggieri, Antoinette Borg, Lara Calleja, Walid Nabhan, Norbert Bu...2023-01-3130 minMarkapaġnaMarkapaġnaS01 E11 Nadia MifsudF'dan l-episodju speċjali Luke Galea jidħol f’diskursata mal-Poeta Lawreata Nadia Mifsud fuq Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022) ta’ Claudia Gauci, ix-xbihat li tevoka din il-ġabra, id-djalogu li jinħoloq mal-qarrejja permezz ta’ kull titlu mistoqsija, u l-mod kif Gauci ppreżentat lill-mara. Mifsud ippubblikat tliet ġabriet tal-poeżija, rumanz, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Merlin Publishers, 2017), u ġabra ta' novelli, Żifna f'xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), li kollha jiffukaw fuq is-suġġett li tittratta b’mod rikurrenti, l-esperjenza tal-mara, espressa b’mod elokwenti imma istintiv u onest. Iż-żewġ ġabriet ta’ poeżija tagħha Kantuniera ’l B...2023-01-2529 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE1 E10 John A. BonelloJohn A. Bonello jiddiskuti ma’ Luke Galea r-rumanz It-Tawmaturgu ta’ Mark A. Fenech, li jkun il-punt tat-tluq għal diskussjoni fuq ġeneri ta’ letteratura differenti bħal dawk sci-fi u ta’ fantasija, li huma skarsi fil-letteratura Maltija imma li xi awturi xorta jimirħu fihom, u li jwasslu għal ħolqien ta’ neoloġiżmi. John A. Bonello huwa rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb sitt darbiet. Huwa kittieb minn Ħad-Dingli li jikteb fantasija, fantaxjenza u stejjer investigattivi għal qarrejja tfal, żgħażagħ u kbar. Fost l-aktar kotba popolari tiegħu hemm is-serje investigattiva għat-tfal Irvin Vella, Investigatur Virtwal...2022-11-1530 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE1 E09 Clare AzzopardiThis podcast is a dialogue between Clare Azzopardi and Luke Galea on Nadia Mifsud’s collection of short stories żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), the different experience it allows to the reader from other collections, and the opportunity it delivers to look at life from different perspectives. Clare Azzopardi wrote and translated various books for children, teenagers and adults. Among the most popular are Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz and Jake Cassar’s series. Many of her novels were published in foreign journals and her collection of short stories Kulħadd ħalla isem warajh was p...2022-11-0830 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE1 E08 Leanne EllulLeanne Ellul discusses with Luke Galea on her chosen poetry anthology, Glen Calleja’s eki t’eki (Pubblikaturi AWL, 2002), the influence it left on her, her respect towards Calleja’s as a wordsmith, and how the sound of every poem becomes its essence. Leanne Ellul writes poetry and prose, and has published works for both adults and children. She was named Best Emerging Author in the 2016 National Book Prize, and her works for children have garnered various Terramaxka awards. L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla, her first poetry collection, was published in 2020. Her latest published work is Bjuda, the fruit o...2022-11-0130 minMarkapaġnaMarkapaġnaNoah FabriMT Noah Fabri jiddiskutu ma’ Luke Galea, ir-rumanz ta’ Loranne Vella, Marta Marta, li Fabri, paradossalment jqisu bħala ktieb li jgħożżu u li jiffrustrahom. Fabri jiddiskutu wkoll kif ix-xogħol ta’ Vella huwa ġdid u jegħleb il-konfini ta’ rumanz, b’siltiet f’forma ta’ saġġi u sens ta’ umoriżmu partikolari. Ir-rumanz iwassal għal diskussjoni fuq l-esperimentazzjoni tal-lingwa li tindirizza persuni ta’ ġeneri differenti. Noah Fabri jiktbu stejjer, diski u drammi u jaqsmuhom f'xogħolijiet kollaborattivi bħall-album Karmaġenn (2019), il-ktieb Dar Imħawra (2021) u l-film In-Nani f'Art Il-Ġganti (2021). Ġieli jilagħbu bl-art...2022-10-2525 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE1 E06 Audrey FriggieriAudrey Friggieri tiddiskuti ma’ Luke Galea l-poeżija u poesaġġi ta’ Mario Azzopardi fil-ġabra tiegħu Il-Fabbrikant tal-Marjunetti. Flimkien jaqsmu ħsibijiet fuq kif il-qari mill-ġdid ta’ Azzopardi dejjem joffri xi ħaġa ġdida, u kif Azzopardi jiffoka fuq il-kundizzjoni tal-bniedem u jipprova jsib tifsira tal-umanità. Audrey Friggieri trabbiet Ħal Luqa, ħdejn wied sabiħ li llum għeb, fejn attendiet l-iskola primarja tal-gvern. Fl-2013, ġie ppubblikat l-ewwel ktieb tagħha għat-tfal li kien ukoll finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Iggradwat bħala għalliema, u llum waslet biex ittemm ir-riċerka tad-dottorat tagħha dwar iż-żgħazagħ f’Malta u l...2022-10-1828 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE1 E05 Francesco GrechLuke Galea jitkellem ma’ Francesco Grech dwar l-istejjer umani f’Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020), il-ġabra ta’ novelli b’kuxjenza ambjentali ta’ Lara Calleja, u dwar l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu Kollox Jeħel Magħna (Merlin Publishers, 2022). Francesco Grech huwa l-awtur ta’ Kollox Jeħel Magħna, ġabra ta’ kitbiet intimi li jesploraw suġġetti diffiċli u spiss meqjusa tabù fosthom is-sesswalità u d-diffikultajiet ta’ saħħa mentali. Grech huwa wkoll kompożitur b’xogħlijiet li ttellgħu madwar diversi teatri f’Għawdex, Malta u l-Italja, u Uffiċjal tal-Kultura fi ħdan Reġjun Għawdex. Kotba dikussi f’dan l-epi...2022-10-1130 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE1 E04 Matthew SchembriRita Saliba's poetry from her first collection Minn wara l-Ħġieġ  (Klabb Kotba Maltin, 2022) are discussed in depth in this exchange between Luke Galea and the visual artist and writer Matthew Schembri, in which they reflect, among other things, on the appreciation and threats to our surroundings. Matthew Schembri earned a Master of Fine Arts (MFA) in Digital Arts in 2017 and a Diploma in Maltese Literature in 2020. In 2016 he was invited as an artist-resident at the Virginia Centre for the Creative Arts (VCCA). In addition to Malta, some of his artworks were showcased in the Netherlands, Germany, Aust...2022-10-0432 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE1 E03 Simone SpiteriThe actress and writer Simone Spiteri spoke to Luke Galea about the use of language and the search for roots in Alex Vella Gera's now decade old novel Is-Sriep Reġgħu saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012), and how about her own work as a playwright. Simone Spiteri is the Artistic Director of the theater company Dù Theater, which was founded in 2004, and twice awarded the Premju Francis Ebejer in 2009 and 2011. Her original work has been staged in several countries including Egypt, the US, England, Macedonia, Denmark and Spain. Her plays have been published in Żewġ Drammi: Repubb...2022-09-2732 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE1 E02 Glen CallejaLuke Galea speaks to the artist, writer and bookbinder Glen Calleja about the relation between diction, universal imagery and stylistic consistency in Caldon Mercieca’s poetry collection Mogħlint, and also about Calleja’s own reflections on the book as a material object. Glen Calleja is an artist primarily interested in poetry and the book as object - his artistic work often involves alternative book structures, found content and performative elements. His poetry books include eki t’eki (pubblikazzjoni awl, 2002), IR-RAĠEL (2010, 2012) and kull flgħaxija kif mal-għabex tnin u tmut saħħet il-jum(2014). Glen is co-founder o...2022-09-2128 minMarkapaġnaMarkapaġnaSE1 E01 Claudia GauciFl-ewwel episodju ta’ din is-serje ġdida, Luke Galea jitkellem mal-poeta Claudia Gauci dwar il-memorja, in-nostalġija, u l-vulnerabbiltà tal-awtur fil-ktieb ta’ Immanuel Mifsud Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010), u fil-ġabra ta’ poeżiji tagħha Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2021). Claudia Gauci tgħallem il-Malti fil-Junior College u hija wkoll traduttriċi. Fl-2022 ippubblikat it-tieni ġabra ta' poeżiji tagħha, Max-Xatt tat-Tamarisk, (Kotba Calleja). Ittraduċiet diversi kotba tat-tfal għall-Malti għal Merlin Publishers, fosthom, Magni taż-Żmien (2018) li kien rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2019. Hija membru attiva tal-organizzazzjoni Inizjamed. Kotba dikussi f’dan l-e...2022-09-1323 min