podcast
details
.com
Print
Share
Look for any podcast host, guest or anyone
Search
Showing episodes and shows of
Nduru Mal-Lewza
Shows
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 25°: Benessere
Ma’ Althea Galea minn Vuċi għall-Annimali, nibdew d-diskussjoni dwar l-imħabba lejn l-annimali u l-ugwaljanza bejnietna u ħutna ħlejjaq oħra. Nitkellmu dwar kif l-attivizmu jibda mid-dar, n-nuqqas ta’ għajnuna rikjesta ġewwa pajjizna u s-sapport mingħand l-Animal Welfare. Naraw kif il-pandemija żiedet l-annimali mwarrbin, l-obbligu li l-klieb jkunu chipped u l-edukazzjoni kontradittorja. Nkomplu nidħadttu dwar il-moviment tal-veganizmu, […]
2024-02-02
1h 35
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 24°: Budget
Ma’ Andrew Farrugia, personal trainer u blogger ta’ MirrorFriendly, bdejna d-diskussjoni fuq l-esperjenzi tiegħu fl-atletika, kif l-isport u d-dixxiplina jimxu id f’id, u l-irkupru wara leżjonijiet. Niddiskutu l-potenzjal miċ-ċkunija, t-transizzjoni naturali lejn il-bodybuilding kompetittiv fuq pjattaformi internazzjonali, u l-passjoni sportiva amalgamata mal-ħajja professjonali. Naraw d-deċiżjoni iebsa fi vjaġġ akkademiku lejn l-Awstralja u l-bidu tal-blog bħala […]
2023-11-18
59 min
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 23°: Rappreżentanza
Ma’ Abigail Mamo, CEO ta’ Chamber of SMEs, nibdew id-diskussjoni dwar kif il-GRTU evolviet mal-ekonomija lokali, r-responsabbilta’ ħolistika bħala msieħba soċjali u l-rwol mill-aspett Ewropew. Naraw is-saħħa tad-diskussjoni, r-reazzjoni tas-settur għal-Covid19 bit-tibdil fil-prijoritajiet minħabba n-nuqqas ta’ cash flow, d-domanda għal għajnuna governattiva u n-negozji f’vantaġġ bi progress sfurzat. Niddiskutu s-sostenibbilta’ u l-ESG, kif Malta tkampa […]
2023-10-21
1h 28
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 22°: Kontraċettivi
Ma’ Dr Chiara Frendo Balzan, ġinekologa, nibdew id-diskussjoni tagħna billi naraw d-differenza bejn is-sistema medika Ingliża (NHS) u dik Maltija, l-atitudnijiet tal-klijenti Maltin meta mqabbla ma dawk barranin, tfittxija għal rimedji naturali qabel ma tara tabib, d-domanda tal-pazjenti għal mediċina u dijanjosi lesti mil-internet. Nitkellmu dwar l-ansjeta’ u n-neċessita’ tal-kunsens u l-kunfidenzjalita’ f’eżamijiet fiżiċi w […]
2023-10-06
1h 01
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 21°: Fostering
Ma’ John Role nitkellmu dwar il-fostering mit-tfulija tiegħu sa’ għoxrin sena esperjenza ta’ Residential Care ġewwa St.Patrick’s f’Tas-Sliema. Nidħaddtu dwar il-bidu tas-sistema u l-ħajja ta’ dawn iż-żgħażagh, b’tagħlim ta’ snajjiet li wasslu għal stejjer ta’ suċċess. Nitkellmu dwar ix-xogħol tiegħu bħala Social Worker li wassal għal bidu tal-Fostering bi ftehim bejn l-SWDP, l-Gvern u l-Kurja […]
2023-09-08
1h 27
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 20°: Maduma
Ma’ Stephanie Borg, ħmistax-il sena’ mil-bidu tal-brand bl-istess isem, niddiskutu l-imħabba lejn il-kulur u l-patterns sa miċ-ċkunija u l-interess inizjali ta’ ħajja professjonali fl-industrija artistika. Nitkellmu dwar l-aspett ta’ self taught b’sorsi ta’ ispirazzjoni u l-perċezzjoni pubblika tad-dinja tal-illustrazzjoni. Nidħaddtu dwar il-vantaġġi li tkun all rounder fir-ristrezzjonijiet lokali meta mqabbla mal-esperjenza liberatorja ġewwa l-Oman, t-tfittxija […]
2023-08-25
1h 15
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 19°: Oriġinali
Mal-Hooli, wara għoxrin sena mill-ewwel album ‘Originali Bħali’, nibdew id-diskussjoni billi mmorru lura fit-tfulija tiegħu u l-mużika li kien espost għaliha, minn Jovanotti ghal Snoop Dogg, l-qliezet baggy, u l-isem ‘Hooligan’ bħala call sign. Naraw l-ewwel opportunita’ fix-xena mużikali fil-verzjoni Maltija ta’ ‘Striscia la Notizia’, l-ewwel produzzjoni tiegħu ġewwa studio wara ‘Maltama’, il-bidu tal-karriera flimkien […]
2023-08-11
00 min
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 18°: Ċelebrazzjoni
Mal-kummissjonanta u l-ewwel Tanatologista ġewwa pajjiżna Miran Sapiano, niddiskutu Celebrate Life Malta u l-ispeċjalizzazzjoni professjonali fil-mewt. Naraw aspetti differenti tal-mewt bħal dawk fiżiċi, spiritwali, u etiċi, niddiskutu r-reazzjoni tan-nies għal mewt tal-ġenituri, t-tfal, l-ħbieb, u d-differenza fil-ġeneri u fl-età. Nitkellmu dwar l-approċijiet differenti fil-każi diversi ta’ mwiet, id-differenza f’etajiet teneri, dawk avvanzati jew fil-kura paljattiva. […]
2023-07-28
1h 22
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 17°: OTSIRAVE
Ma Evarist Bartolo nitkellmu dwar it-trawwim tiegħu ġewwa l-Mellieħa u l-valuri soċjo-reliġjuzi w l-bidu tal-attivizmu tiegħu fi ħdan kamp politiku oppost. Naraw l-esperjenzi tiegħu ta’ ħajja barra minn xtutna w l-volontarjat kontra l-Mafja ġewwa Sqallija. Niddiskutu x-xogħol tiegħu taħt diversi Prim Ministri u l-laqgħat ma’ Dom Mintoff, l-elezzjoni tal-1998, id-diliġenza ta’ Karmenu Mifsud Bonnici, l-immodernizzar […]
2023-07-07
00 min
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 16°: ‘Work in Progress’
Ma Valentina Rossi niddiskutu il-proċess ta’ bidla li minnu tgħaddi persuna mit-tfulija għal ħajja adulta’, kif il-peer pressure jaffettwa l-interessi tagħna, u l-esperjenzi qosra tagħha fil-football u l-ballet. Nkomplu nidħattu billi naraw kif Nate Darmanin stedinha fuq VibeFM, l-istorja tal-famużi headphones, r-Radio Voice u l-immaginazzjoni wara r-radju. Nitkellmu fuq l-awtentiċita’ u r-responsabbilta’ tal-kontenut, il-kummenti negattivi […]
2023-06-15
1h 10
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 15° : “Il-Mistednin”
Fl-aħħar episodju tal-ewwel sensiela ta’ Nduru mal-Lewża niddiskutu flimkien l-esperjenza tagħna wara dawn l-ewwel erbatax-il episodju. Nitkellmu dwar id-diffikultajiet li ltqajna magħhom matul il-preparamenti u l-produzzjoni, u jekk is-sodisfazzjonijiet personali u t-tamiet tagħna għal dan il-Podcast intlaħqux minn kull wieħed minna. Naraw kif ċerti mistiedna ddiskutew l-istess punti b’perspettivi differenti, fejn ġieli wkoll qablu bejnietom, […]
2022-08-27
1h 08
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 14° : “Bijambò”
Ma Leanne Ellul nitkellmu dwar l-imħabba lejn il-lingwa Maltija u dak kollu li jsawwar il-miklem tagħna. Naraw kif in-nies ta’ madwarna u l-esperjenza tal-ħajja jaffettwaw l-użu lingwistiku u s-sensittivita’ tagħna lejn il-Malti, u kif il-letteratura tista tkun mezz ta’ reazzjoni għal kwistjonijiet socjo-politiċi lokali. Nidħaddtu dwar id-diversifikazzjoni tal-librerija bħala spazju ta’ideat, l-approċċ cliche lejn il-qari, […]
2022-08-12
1h 20
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 13° : “Memorja”
Ma Toni Sant nitkellmu dwar il-kurazzjoni tal-assi diġitali u għalfejn nippreservaw dak li noħolqu. Niddiskutu wkoll kif ir-ritratti meħuda minn Guido Stilon meta ppublikati minn Magna Żmien għenu fil-konservazzjoni tal-passat, u l-viżjoni kbira li kellu Hon. Ugo Mifsud Bonniċi dwar l-arkivjar. Inkomplu d-diskursata billi naraw kif bħala nazzjon għandna memorji kollettivi komuni, għalfejn l-ebda memorja […]
2022-07-23
1h 22
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 12° : “Is-Sistema”
Ma Joseph Grech nibdew id-diskursata tagħna fuq il-professjoni legali u l-interess lejn l-avukatura. Nidħaddtu dwar kif tkun ġurnata tipika ta’ avukat prattikanti ġewwa l-Qorti, ir-relazzjoni mal-istituzzjoni u l-kollegjalita’ mal-avukati li jkunu difiża kontra. Nitkellmu dwar id-dritt tar-rappreżentanza ta’ kull ċittadin u l-importanza tal-komunikazzjoni mal-klijent. Niddiskutu wkoll il-kunċett tal-gustizzja, li trid tidher li qed issehh, u […]
2022-07-14
1h 12
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 11° : “Purpose”
Flimkien ma’ Leanne Bartolo nibdew id-diskursata tagħna fuq is-sabiħ tas-sempliċita’ tal-ħajja u l-innoċenza fit-tfulija. Nitkellmu dwar in-neċessita’ tal-volontarjat u kif il-psikologija għandha tkun il-fulkru madwar l-awareness kontra l-bullying u l-pożittivita’ f’ġisimna. Naraw kemm hu mportanti li wiehed jafda l-proċess u li jkollna approach ħolistika lejn in-nutrizzjoni u l-benessere. Niddiskutu wkoll dwar kemm il-falsita’ tal-mezzji soċjali […]
2022-07-08
1h 03
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 10° : “Il-Ġlieda”
Ma’ Christian ‘Coqqos’ Schembri nitkellmu dwar il-boxing bħala professjoni, is-sabiħ tal-kompetizzjoni u l-intenzjonijiet differenti wara training għal dan l-isport. Naraw kif il-boxing huwa kkunsidrat bħala arti u għalfejn m’huwiex vjolenza organizzata. Nkomplu t-taħdita billi nitkellmu fuq l-importanza tal-irqad, il-footwork u l-bodyshots, u cafe b’saħħtu filgħodu kmieni qabel training session. Nitkellmu wkoll dwar l-għazla volontarja li […]
2022-07-01
1h 27
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 9° : ‘Soft-Rejection’
Ma Nate Darmanin niddiskutu il-karriera tiegħu w l-influwenzi familjari lejn il-mużika, media u entertainment, l-ewwel DJ gigs fis-sala tal-kappillan u l-BOMBA hits minn fuq il-Monti, il-bidu ta’ EnergyFM u 10 snin f’Bay Radio u issa Nate Frank and Rossi fuq VibeFM. Naraw l-importanza tal-awtenticita’ on air u kif il-kunċett ta’ x’inhu radio mar oltre mir-radio […]
2022-06-24
1h 16
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 8° : ‘Soul-Searching’
Ma’ Ryan Abela nitkellmu dwar bands lokali u festival tours madwar l-Ewropa, speċjalment il-band Manatapu u d-diversifikazzjoni permezz ta’ mużika b’lingwi differenti. Naraw kif l-idea tal-Punk Rock flimkien mal-anarkizmu u r-ribelljoni sseħħ f’soċjetajiet ta’ squatters emarginati fi Franża u kif il-Conquistadors irnexxielom jabitaw mal-Maori indiġeni ġewwa New Zealand. Niddiskutu Marsaxlokk u l-protezzjoni tal-kultura Marittima Maltija […]
2022-06-18
1h 41
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 7° : ‘Grassroots’
Ma’ Rachelle Deguara niddiskutu diversi oqsma tas-socjeta’ ċivili permezz t’attiviżmu b’meżżi differenti. Nitkellmu dwar l-apatija u passiviżmu u l-konsegwenza tal-għazla li tibqa ħalqek magħluq. Nitħaddtu fuq il-mekkanizmu korrettiv tas-sessi, il-ligi tal-femicidju w ukoll fuq kif ir-rwol politiku tal-mara għen fl-emancipazzjoni. Naraw kif il-patrijarkija ma tiffavorixxix irġiel b’xarhom twil, għalfejn il-mara hija inkubatur u n-nuqqas ta’ […]
2022-06-10
1h 21
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 6° : ‘Il-Ħsejjes’
Ma Junior B nidħlu fid-dinja tat-techno u tal-mużika elettronika. Niddiskutu Paceville u r-rave parties li kienu jsiru fis-snin 90, il-weekends Għawdex għal Santa Marija f’Awwissu u meta Carl Cox daħal Popeye Village bid-dgħajsa. Nitkellmu wkoll dwar kif beda kollox mill-ħanut ‘Exit’ fis-Savoy il-Belt u l-programm ‘Electronic Theory’ għal qabel Liquid kull nhar ta’ Sibt filgħaxija. […]
2022-06-02
1h 24
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 5° : ‘SOHCAHTOA’
Ma Mark Pace nidħlu fid-dettal tal-astrofiżika billi niddiskutu diversi temi li jirrigwardaw ħarsitna l’fuq. Nitkellmu fuq il-frivolita’ tal-astroloġija u kif nafu li l-galassji Milky Way u Andromeda resqin lejn xulxin, l-ewwel osservazzjonijiet ta’ Black Hole x’ħa jsehh fl-aħħar mumenti tax-Xemx. Niddiskutu kif agendi politċi influwenzaw is-Space Race u ir-realtajiet tal-kolonizzazzjoni tal-Qamar u l-militarizzazzjoni tal-Ispazju. Nitħaddtu […]
2022-05-27
1h 41
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 4° : ‘L-Iżvilupp’
Ma’ Toni Attard niddiskutu l-esperjenżi tiegħu fid-diversi rwoli li okkupa fil-qasam kulturali lokali u l-varji perspettivi barranin li ltaqa magħhom, l-involviment tat-tfal fil-kreattivita’ artistika u l-inklużjoni ta’ minoranzi fi produzzjonijiet teatrali. Nitkellmu wkoll kif il-pandemija kompliet iżżid mal-instabilita’ diġa eżistenti qalb is-settur u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mil-awtoritajiet. Nagħlqu billi niskopru opportunitajiet ġodda disponibbli li toffri […]
2022-05-20
00 min
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewża 3° : ‘Il-Kurżita’
Ma’ Maurice Aquilina nitħaddtu fuq il-mixjiet diversi li toffri l-akkademja u r-realizzazzjoni tal-potenzjal individwali. Nirriflettu wkoll dwar ir-rutina tal-ħajja u s-sodisfazzjon personali tax-xogħol, u nqisu ir-riskji fl-intrapriża meta mqabbla mal-kompetizzjoni fis-suq. Nagħlqu billi nitkellmu fuq l-iskumdita’ tal-ġenituri fuq is-Social Media u kif it-teknoloġija fallietna fl-eqqel ta’ pandemija.
2022-05-13
1h 24
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewza 2° : ‘ Infodemija’
Fit-tieni episodju ta’ Nduru mal-Lewża, ma Dr Stefan Buttiġieġ nitkellmu fuq l-isfidi akkademiċi, is-saħħa pubblika u l-imprevvidibilita’ tagħha, il-benefiċċji ta’ pandemija u d-diffikultajiet tal-bilanċ ekonomiku mediku, strategiji għal infrastrutturi diġitali u l-probabbilta’ ta’ pandemija oħra fiż-żmien qarib.
2022-05-06
1h 08
Nduru Mal-Lewza
Nduru Mal-Lewza 1° : ‘L-Introjtu’
Fl-ewwel episodju introduttiv ta’ Nduru mal-Lewża niddiskutu il-ħbiberija u l-importanza tagħha, iż-żgħożija u r-responsabbiltajiet godda li jgib miegħu il-futur, u x-xewqat u tamiet tagħna għal dan il-Podcast.
2022-04-29
44 min
Nduru Mal-Lewza
L-introjtu
Segwina nhar il-gimgħa għal-ewwel episodju ta’ Nduru Mal-Lewża
2022-04-27
00 min