podcast
details
.com
Print
Share
Look for any podcast host, guest or anyone
Search
Showing episodes and shows of
Oratorju Mssp
Shows
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
Il-Ġimgha 8 ta' April
F’dak iż-żmien, il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġru lil Ġesù. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?”. Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla”.Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub: “Jiena għedt: Intom allat”? Issa jekk il-Liġi ssejjaħ allat lil dawk li waslitilhom il-kel...
2022-04-08
05 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
L-Erbgħa 6 ta' April
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”. Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”.Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub. U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa’. Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa. Jiena naf li intom nisel Abraham; madankollu qegħdin tfittxu li toqtluni, għax il-kelma tiegħi ma...
2022-04-06
05 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
It-Tlieta 5 ta' April
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”. Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal: “Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”.Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq. Intom nies ta’ din id-dinja, imma jien m’iniex ta’ din id-dinja. Kif għedtilkom jien, intom tmutu fi dnubietkom. Għax jekk intom ma temmnux li jiena hu, tmutu fi dnubietkom”. “U int min int?”. staqsewh. Weġ...
2022-04-05
05 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
Il-Ħamis 31 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan għas-salvazzjoni tagħkom. Għax dak kien musbieħ jixgħel u jiddi, u intom, għal ftit, ridtu tifirħu bid-dawl tiegħu. Iżda jien għandi xhieda akbar minn di...
2022-03-31
04 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
L-Erbgħa 30 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-ġemgħa tal-Lhud: “Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll”. U minħabba f’hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla.Ġesù qabad u qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista’ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-ħwejjeġ li jagħmel il-Missier, jagħmilhom l-Iben ukoll, bħalu. Għax il-Missier li...
2022-03-30
05 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
It-Tlieta 29 ta' Marzu
Wasal jum ta’ festa għal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. F’dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta’ morda, għomja, zopop u mifluġin.U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid. Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: “Trid tfiq?”. Wieġbu l-marid: “Sinjur, ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qab...
2022-03-29
04 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
It-Tnejn 28 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mis-Samarija lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kulma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa.U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid. Issa f’Kafarnahum kien hemm uffiċjal tas-sultan u kellu lil ibnu marid. Meta sama’ li mil-Lhudija Ġesù kien ġie fil-Galilija, mar għandu jitolbu jinżel u jfejjaqlu lil ibnu, għax kien wasal fl-aħħar.U Ġesù qall...
2022-03-28
06 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
L-Erbgħa 23 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Sal
2022-03-23
06 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
It-Tnejn 21 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon. U kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja”.Meta semgħu dan fis-si...
2022-03-21
06 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
Il-Ġimgħa 18 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu. Iżda l-bdiewa qabdu lill-qaddejja, u lil wieħed sawtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh. Reġa’ bagħtilhom qaddejja oħra, aktar minn qabel, u għamlulhom l-iste...
2022-03-18
06 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
L-Erbgħa 16 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum”.Imbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?”. staqsieha. U hi qaltlu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug f...
2022-03-16
06 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
It-Tnejn 14 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom. Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”.
2022-03-14
05 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
Il-Ġimgħa 11 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu: “Ġifa”, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu: “Iblah”, ikun ħaqqu n-nar tal-infern.Mela jekk tkun qiegħed ittalla’ l-offerta tiegħek fuq l-altar u hemm tiftakar li...
2022-03-11
06 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
L-Erbgħa 9 ta' Marzu
Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! F’jum il-ħaqq, in-nies ta’ Ninwè għad iqumu ma’ dan in-nisel u jikkundannawh, għax huma nidmu wara l-predikazzjoni ta’ Ġona; u...
2022-03-09
06 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
It-Tnejn 7 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu : “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja. Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, k...
2022-03-06
06 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
Il-Ġimgha 4 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu”.
2022-03-04
05 min
L-Evanġelju tal-Jum fir-Randan
L-Erbgħa 2 ta' Marzu
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwietMela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li...
2022-02-18
06 min